L-AVUKAT ĠENERALI JGĦADDI PARIR BIL-MIKTUB LILL-PRIM MINISTRU
pr1558
24/10/2001
Illum fis-1.15 p.m., l-Avukat Ġenerali għadda personalment lill-Prim Ministru opinjoni bil-miktub dwar l-inkjesta dwar allegati abbużi sesswali fuq is-Sinjura Isabelle Azzopardi.
Ma’ din l-istqarrija qed tiġi ppublikata fotokopja ta’ estratt mill-istess opinjoni bil-konklużjonijiet ta’ l-Avukat Ġenerali. Il-kumplament tar-rapport jinkludi eżami dettaljat tal-provi prodotti.
L-Avukat Ġenerali informa lill-Prim Ministru li huwa bagħat kopja ta’ l-opinjoni lid-Deputat Kummissarju li qed jaġixxi ta’ Kummissarju tal-Pulizija.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN