STQARRIJA MID-DIVIŻJONI TAS-SAĦĦA
pr1551
24/10/2001
Wara rapporti li ħargu fuq xi mezzi tax-xandir, id-Diviżjoni tas-Saħħa tassigura lill-pubbliku li għandha ħażna suffiċjenti ta’ mediċini neċessarji għall użu fil-prevenzjoni u t-trattament ta’ każi potenzjalment esposti għall-Anthrax. Il-pubbliku huwa nfurmat li d-Diviżjoni tas-Saħħa ħadet ħsieb biex il-ħażna ta’ dawn il-mediċini tkun suffiċjenti mhux biss fil-preżent, iżda anke fil-futur
Id-Diviżjoni tas-Saħħa tiddeplora rapporti li huma bbażati biss fuq spekulazzjoni u jservu biss biex jallarmaw lill-pubbliku. Dan aktar wara li l-aħbar ħarget ftit tal-ħin wara l-Konferenza ta’ l-Aħbarijiet mogħtija mid-Diviżjoni, fejn ma saret l-ebda mistoqsija fuq dan is-suġġett.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN