IT-TIELET SENA TA’ HIDMA TAL-GVERN: "INSAHHU PAJJIZNA" – MINISTERU TAL-GUSTIZZJA U GVERN LOKALI
pr1546
23/10/2001
| "Tul dawn l-ahhar tnax il-xahar il-pjani li | kienu mfassla mill-Ministeru tal-Gustizzja u Gvern bdew ihallu l-frott taghhom. Fl-oqsma kollha li jaqghu taht il-Ministeru kompla l-progess b’risq il-popli Malti u Ghawdxi kollu." Dan qalu l-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt meta illum pprezenta r-rapport tat-Tielet Sena ta’ Hidma tal-Ministeru tal-Gustizzja u Gvern Lokali. |
| Fil-qasam tal-gustizzja saru l-akbar successi. It-trend | taz-zieda tal-kawzi pendenti sena wara l-ohra issa bdiet iddur u wasalna sal-punt li nnaqqsu l-backlog b’mod konsistenti. Fil-Prim Awla tal-Qorti Civili, ghall-ewwel darba mill-1996 rajna tnaqqis fin-numru ta’ kawzi pendenti, filwaqt li fil-Qorti Kriminali, ghandna inqas minn 7,000 kawza pendenti quddiem il-Magistrati, l-inqas ammont f’dawn l-ahhar tnax il-sena. Gie registrat ukoll l-izghar amont ta’ gurijiet pendenti f’dawn l-ahhar tletin sena, b’kollox hemm 32 guri pendenti. |
| Dr. Gatt qal li dan is-success hu marbut mar-riforma | amministrattiva li qed issir fil-Qorti. Fost il-punti principali ta’ din ir-riforma hemm is-separazzjoni fid-doveri tar-Registratur minn dawk tad-Direttur Generali. Kien hemm il-holqien ta’ tliet Direttorati biex imexxu ir-Registri tal-Qorti. Kien hemm ukoll il-holqien tal-Judiciary Teams. |
| Il-Ministru Gatt tkellem ukoll dwar ir-riforma li ser | issir fl-Ufficju ta’ l-Avukat Generali tar-Repubblika, fejn ser jigi stabbilit l-Ufficcju tal-Prosekutur Generali u l-Ufficcju ta’ l-Avukat Generali. Dr. Gatt irrefera wkoll ghall-hidma li saret inkonessjoni mat-twaqqif tad-Divizjoni tal-Familja fil-Prim Awla tal-Qorti Civili. |
| Saret refererenza wkoll ghall-hidma li twettqet | fil-qasam tal-Gvern Lokali. In-nisga tal-kuncett tal-Kunsilli Lokali fil-Kostituzzjoni giet mfissra mill-Ministru Gatt bhala l-ikbar kisba politika ghal din is-sena. B’hekk il-kuncett tal-Kunsilli Lokali li kien introdott minn Gvern Nazzjonalista fl-1993, issa gie stabbilit ghal dejjem fil-qafas politiku Malti. |
| Tul din is-sena, il-fondi li l-Gvern jaghti | lill-Kunsilli Lokali zdiedu b’ ’il fuq minn nofs miljun lira, b’hekk il-finanzjament skond il-formula tela’ ghal LM 10,240,000. Dr. Gatt semma wkoll il-kontinwazzjoni tal-process tad-devoluzzjoni ta’ propjetajiet u responsabiltajiet lill-Kunsilli Lokali. Din is-sena il-Gvern ghadda lill-Kunsilli Lokali 24 sit jew proprjetà, 10 siti sportivi u disa’ libreriji. Kompliet tissahhah is-sistema ta’ infurzar lokali, u saret hidma fuq ir-Residents Parking Scheme li ser tigi mnedija bi prova f’Ghawdex fl-ahhar ta’ Novembru. |
| Saret referenza ghal-kisbiet li saru fil-qasam | tal-politika elettronika. Il-Parlament approva abbozz ta’ ligi dwar il-Komunikazzjonijiet u t-Transazzjonijiet Elettronici, u il-Parlament mistenni jiddiskuti emendi ghal-Kodici Kriminali biex jigu regolati reati relatati ma’ l-informatika. |
| Dr. Gatt irrefera ghat-twaqqif tal-Kummissjoni | eMalta, bil-ghan li toholoq socjetà u ekonomija ta’ l-informazzjoni li jkunu inklusivi. Fost l-inizjattivi li hadet din is-sena l-Kummissjoni, twaqqaf l-ISP Group, gie mniedi il-pjan strategiku ghall-hidma tal-Kummissjoni u gew mfassla inzijattivi biex il-komunità kummercjali taghraf tisfrutta l-opportunajiet li joffri dan il-qasam. |
| Fil-qasam tal-e-government, gew imnedija zewg | progetti. Il-hlas tal-kirjiet tal-Gvern kien progett li bbenefikaw minnu 19,000 persuna, filwaqt li l-ligijiet online intuzaw minn miljun u mitejn elf ruh. Minbarra hekk saret il-hidma ghal ghadd ta’ servizzi ohra fosthom il-Customer Care, hlas ta’ Licenzji u l-ikkatalogar tal-kotba tal-Libreriji Pubblici. |
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN