STQARRIJA KONGUNTA BEJN ID-DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI CIVILI U D-DIPARTIMENT TAS-SAHHA: MISTHARRGA RAPPORTI DWAR ENVELOPES B’MATERJAL SUSPETTUZ
pr1541
22/10/2001
| Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili illum ircieva | erba’ rapporti ta’ envelopes li kien fihom materjal suspettuz f’forma ta’ trab. |
| Ir-rapporti waslu mill-Ufficcju Postali ta’ Rahal | Gdid, dak ta’ Hal Balzan u tal-Belt Valletta. Aktar tard matul il-gurnata wasal ukoll rapport simili mill-bini ta’ Super 1 TV fil-Marsa. |
| Il-gimgha li ghaddiet twaqqfet Task Force | maghmula minn membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili, di-Dipartiment tas-Sahha u l-Forzi Armati ta’ Malta, sabiex tkun tista’ tikkoordina pjan ta’ kontingenza f’eventwalità simili. |
| Malli dahlu l-ewwel rapporti, membri tad-Dipartiment | tal-Protezzjoni Civili flimkien ma’ Ufficjali mid-Dipartiment tas-Sahha marru fl-Ufficcju Postali tal-Belt u ta’ Hal Balzan fejn permezz ta’ ilbies protettiv, dahlu fil-bini, elevaw l-envelopes li kellhom materjal suspettuz u baghtuhom fil-laboratorju tad-Dipartiment tas-Sahha biex il-kontenut taghhom jigi analizzat. |
| Il-membri tal-Protezzjoni Civili, iddekontaminaw u | ssigillaw iz-zoni fejn instabu l-envelopes imsemmija u l-impjegati kollha li setghu gew f’kuntatt mal-materjal suspettuz inghataw medicinali kontra l-anthrax bhala prekawzjoni. |
| L-istess procedura qeghda ssir fil-postijiet l-ohrajn | minn fejn waslu r-rapporti dwar kazi simili. |
| Il-Korp tal-Pulizija, min-naha tieghu, qed jassisti | lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili fejn ikun mehtieg. |
| Il-pubbliku huwa mheggeg biex icempel lid-Dipartiment | tal-Protezzjoni Civili fuq in-numru 46 26 10 jekk ikollu xi suspett dwar kaz simili, u jinghata direttivi dwar x’ghandu jaghmel. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN