Left arrow Mur Lura

500 IGAWDU MILL-PROGRAMMI TA' L-UNJONI EWROPEA

pr1538
Date Icon 22/10/2001
Fl-ewwel sena li ilha tahdem it-taqsima tal-programmita' l-Unjoni Ewropea (EUPU) diga’ ippartecipaw u ibbenefikaw direttament mill-programmi ta' l-Unjoni Ewropea. Dan sostnieh il-Ministru Louis Galea waqt konferenza li giet organizzata bl-iskop li tinghata informazzjoni lill-mexxejja fil-qasam ta' l-edukazzjoni u l-kapijiet ta' l-iskejjel kollha kemm ta' l-iStat, tal-Knisja kif ukoll dawk indipendenti.
Il-Ministru qal li bhalissa l-Ministeru ta'l-Edukazzjoni qed iwettaq programm ta' riforma fl-edukazzjoni bl-iskop li jipprovdi edukazzjoni ta' l-oghla kwalita' ghal kull student. Fost dawn il-Ministru semma t-twettieq tal-Kurrikulu Nazzjonali, it-twaqqif tal-Kullegg Malti ghall-Arti Xjenza u Teknologija, il-Fondazzjoni ghall-iSkejjel ta' Ghada u l-Fondazzjoni ghal Servizzi Edukattivi.
Il-Ministru qal li ma’ dawn l-izviluppi hemm ukollopportunitajiet godda li qed jinholqu permezz tal-partecipazzjoni ta' Malta fil-programmi edukattivi u ta' ricerka li toffri l-Unjoni Ewropea lill-pajjizi membri u lill-pajjizi applikanti ghal shubija. Il-partecipazzjoni ta' Malta fil-programmi Socrates, Leonardo da Vinci, Youth u Fifth Framework, qed tarrikkixxi s-servizz edukattiv ghax qed toffri hafna opportunitajiet ta' esperjenzi ma' skejjel, postijiet tax-xoghol, studenti u nies ohra minn madwar l-Ewropa. Mill-ewwel rizultati jidher car li l-Maltin kollha u b'mod partikolari l-istudenti ghandhom hafna x'jibbenefikaw minn dawn il-programmi u l-opportunitajiet li joffru.
Il-Ministru tenna li diga’ qed tinbet kultura gdidafl-istituzzjonijiet edukattivi taghna mill-primarji sa l-Universita' u l-MCAST. Kultura li tfittex is-shubija ma' pajjizi barranin biex jitkattru l-opportunitajiet ta' zvilupp, jinfethu l-imhuh ghal ideat godda u jizdied l-access ghal aktar rizorsi. Il-Ministru qal li numru kbir ta' kapijiet ta' skejjel li diga’ ippartecipaw fil-programm Comenius (fi hdan il-programm Socrates) u ohrajn, jistghu jixhdu l-beneficcji tangibbli li joholqu dawn il-programmi kif ukoll l-effett aktar wiesa li jhallu fuq is-socjeta'.
Louis Galea qal li fid-dibattitu li hawn bhalissadwar l-applikazzjoni ta' Malta ghal shubija fl-UE, l-edukazzjoni issib firxa wiesa ta' kunsens. Infatti jidher li hawn qbil shih dwar l-partecipazzjoni ta' Malta fil-programmi edukattivi ta' l-UE. L-esperjenza s'issa, qal il-Ministru, turi li kemm l-ghalliema kif ukoll l-istudenti u l-parti l-kbira tal-popolazzjoni fehmu x'inhuma l-beneficcji li joffru dawn il-programmi u rrispondew bis-shih. Il-Ministru kompla li kulhadd jista' jibbenefika mill-programmi, kemm b'mod dirett kif ukoll b'mod indirett. Fl-ahhar sena ibbenefikaw, studenti, apprendisti, ghalliema, lecturers, gruppi taz-zghazagh, haddiema, ricerkaturi u ohrajn.
Louis Galea tenna li dan il-qasam tant hu ghal qalbil-Maltin, li l-aktar suggett li dwaru jistaqsu lil Malta-EU Information Centre hu propju l-edukazzjoni u l-programmi edukattivi. Hu f'dan il-kuntest li s-seminar li qed ikun organizzat ghal dawk li jmexxu l-edukazzjoni f'pajjizna hu daqstant importanti u rilevanti hafna.
Il-Ministru temm ighid lill-dawk prezenti li bhalamexxejja fil-qasam edukattiv ghandhom id-dmir u l-obbligu li jaghtu lil uliedna l-aqwa opportunitajiet ta' zvilupp edukattiv, ghandhom id-dmir ukoll li jaraw li bhala pajjiz, naghmlu dak kollhu li hu possibbli biex naghmlu l-ahjar uzu tal-fondi li qed jintefqu kemm minn Malta kif ukoll mill-UE. Hu ghalhekk li kienet organizzata din il-Konferenza, biex dawk li jmexxu l-edukazzjoni f'pajjizna jkunu informati sew dwar l-opportunitajiet li jezistu u jghaddu din l-informazzjoni lil dawk kollha li jahdmu maghhom.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow