Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR. EDWIN VASSALLO, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI, WAQT L-INAWGURAZZJONI TA’ PROGRAMM TA’ HIDMA GHALL-KUNSILL MALTI TA’ L-ARTIGJANAT – IL-BELT VALLETTA - 19 TA’ OTTUBRU 2001

pr1527
Date Icon 19/10/2001

B’sodisfazzjon ninnota li permezz ta’ dan il-programm ta’ hidma, il-Kunsill Malti ghall-Artigjanat qieghed ikun ta’ xiehda ghall-impenn tal-hidma li l-Gvern ried li f’dan il-pajjiz ikollna b’risq it-tishih ta’ l-Artigjant biex ikun mezz li jwassal ghal aktar holqien ta’ impjiegi. Huwa mehtieg li l-Kunsill ikollu programm ta’ hidma li ghandu jghin biex f’pajjizna jkollna aktar apprezzament u promozzjoni ta’ l-Artigjant taghna bhala poplu Malti. Bil-kelma ‘artigjant’ ghandna nifhmu dawk il-processi ta’ manifattura li jinkludu hidma bl-id u fihom valur mizjud ghaliex huma frott is-sengha u l-arti li wiritna minn missirijietna.

Minn din it-tifsira tal-kelma ‘Artigjant’ nistghu naraw li qed tigbor fiha dawk il-bosta setturi tal-manifattura li huma mferxa mal-pajjiz u li huma wkoll negozji zghar. Irridu nahdmu biex il-prodott taghhom ikun aktar apprezzat, stmat u mixtri minn dawk li jridu prodott ta’ valur. Minn naha l-ohra ser inkunu nghinu lil min qieghed f’dan il-process biex iwassal lill-klijenti tieghu prodott ta’ kwalità u ta’ valur.

Dan il-programm qieghed juri x’hidma il-Kunsill qieghed jippjana ghal dan is-settur. Il-mira tal-Pjan ta’ Hidma hija cara: li jkun hemm apprezzament, promozjoni u organizzazzjoni tas-settur artigjanali. Dan il-pjan hu mibni fuq numru ta’ beneficcji u inizjattivi li jgibu flimkien diversi Ministeri, dipartimenti u agenziji tal-Gvern biex bejniethom ghandhom itejbu l-ambjent li fih joperaw l-artigjani u l-imprendituri ta’ l-artigjanat. Dan il-programm qed jipproponi 17-il inizjattiva:

  1. Jipproponi simplifikazzjoni fil-proceduri u fl-legislazzjonijiet biex jihfief l-ambjent amministrattiv;
  2. Ftuh ta’ website tal-Kunsill li tippromwovi l-artigjanat Malti mad-dinja kollha;
  3. Zvilupp ta’ kampanja ta’ marketing li tilhaq kemm l-imprenditur kif ukoll l-artigjan innifsu;
  4. Participazzjoni ta’ l-artigjanat Malti f’fieri lokali u internazzjonali;
  5. Hidma ta’ promozzjoni u apprezzament ta’ l-artigjanat fil-komunitajiet lokali;
  6. Jinzammu b’mod regolari numru ta’ esebizzjonijiet u attivitajiet ta’ diskussjoni fic-Centru tal-Krejattività fil-Kavallier ta’ San Gakbu;
  7. Wirjiet specjalizzati fil-lukandi u f’postijiet ta’ attivitajiet turistici;
  8. Esibizzjonijiet u attivitajiet fl-Ambaxxati li ghandha Malta fil-pajjizi barranin;
  9. Hidma kkordinata bejn il-Kunsill u l-M.D.C. u l-M.E.T.C.O. biex jintlahqu swieq godda;
  10. Hidma kkordinata mal-Kullegg Malti ta’ l-Arti, Xjenza u Teknologija u l-Università ta’ Malta fil-qasam tar-ricerka u l-innovazzjoni f’dan is-settur;
  11. Gemellag ma’ Kunsilli ta’ l-Artigjanat f’pajjizi ohra;
  12. Introduzzjoni ta’ sistema ta’ certifikazzjoni fuq il-prodotti ta’ l-artigjanat Malti;
  13. Introduzzjoni ta’ kriterji ta’ standards fil-process tal-manifattura li ssir flimkien mal-Malta Standards Authority;
  14. Pubblikazzjoni ta’ direttorju ta’ l-artigjani u l-imprendituri lokali;
  15. Zvilupp ta’ skemi ta’ ghajnuna ma’ l-I.P.S.E.;
  16. Hidma kostanti biex zoni industrijali fejn joperaw l-artigjani ikollhom l-infrastruttura, bhal toroq, dawl, ilma u dranagg, ta’ livell adekwat ghas-sahha u s-sigurtà;
  17. Attivitajiet komprensivi minn Ministeri u entitajiet ohra b’risq l-apprezzament u l-promozzjoni ta’ l-artigjanat.

Issa jonqos il-partecipazzjoni ta’ kull min huwa interessat igawdi minn din il-hidma li jersaq ’il quddiem u jippartecipa f’din il-hidma li fiha nnifisha tinkludi process kontinwu ta’ konsultazzjoni. Nemmen li ma nistghux nimxu ’il quddiem fl-ghajnuna ghas-settur tal-manifattura u servizzi offruti lis-settur artigjani kemm-il darba ma nizviluppawx ko-ordinazzjoni u sinergija bejn dawk kollha involuti. La darba l-kompetizzjoni qed tihrax, il-Gvern huwa mpenjat li jara li jghin lin-negozji z-zghar u dawk li jahdmu ghal rashom iwasslu lin-negozji taghhom ikunu sostenibbli.

Perswaz li dan il-programm ta’ hidma huwa ghodda tajba li ghandha tressaq flimkien lil dawk kollha li jistghu jghinu. Flimkien jaghmlu dan is-settur dak li hu. Hekk narmaw ghall-kompetizzjoni flimkien. Hekk narmaw biex inkunu f’pozizzjoni li nbieghu aktar, kemm lil min izurna kif ukoll lis-suq lokali. Hekk ukoll narmaw biex inkunu ahjar ghall-isfida ta’ l-esportazzjoni.

Awguri lill-Kunsill Malti ghall-Artigjant u awguri ghal dawk kollha li huma rregistrati mall-Kunsill bhal Artigjani w Imprendituri. Bl-ghajnuna t’Alla, nawgura hidma fejjieda b’risq il-promozzjoni tal-Manifattura Artigjanali Maltija.

Dan huwa programm ta’ hidma li ghandu jqarribna flimkien, ghalhekk nemmen li huwa garanzija ghas-success, mhux biss ta’ dan is-settur izda ghall-izvilupp ta’ l-abilità kompetittiva ta’ pajjizna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow