Impenn nazzjonali biex insebbħu pajjiżna
"It-tisbiħ tal-lokalità kienet l-ewwel responsibiltà li ngħataw il-Kunsilli Lokali u dan juri l-importanza dejjiema li tinghata lil dan is-settur." Dan qalu l-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt, meta kien qed jindirizza c-cerimonja ta’ premjazzjoni lir-rebbieha tal-kompetizzjoni "Sebbah Pajjizek". Din ic-cerimonja saret fi Gnien is-Serenità, f’Santa Lucija.
Dr. Gatt semma l-bidla li saret din is-sena: minflok li kull ġnien u bajja f’pajjiżna kienu jkunu qeghdin jikkompetu, illum il-Kunsilli Lokali kienu qeghdin jaghzlu huma liema siti jridu jippartecipaw.
B’kollox kien hemm 118-il sit li dahlu f’din il-kompetizzjoni. Dr. Gatt fisser dan ir-rispons bhala wiehed sinjifikanti.
Dr. Gatt ghamel referenza ghal fatt li kemm il-Gvern, il-Kunsilli Lokali, l-Awtorità tat-Turiżmu u s-settur privat qed jaghtu mportanza lil din il-kompetizzjoni.
Il-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali ghamel ukoll referenza ghal importanza ta’ l-infurzar tar-regolamenti u ligijiet ambjentali biex l-irhula u l-ibliet taghna jinzammu ndaf.
Dr. Gatt irringrazzja lill-isponsors – Maltapost, Malta Tourism Authority, Bank of Valletta, Central Cigarettes u Middle Sea Valletta – ghall-appogg li taw lil din l-inizjattiva
SEBBAH PAJJIZEK (2001/2002)
WINNERS
Category Locality Placing
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN