Stqarrija mill-Ministeru tal-Finanzi dwar il-Borza ta’ Malta
pr1523
18/10/2001
Fl-istqarrija taghhom tal-lum, il-kelliema ta’ l-oppozizjoni, l-Onor. Leo Brincat u l-Onor. Jose’ Herrera kkonfermaw li l-Partit ta’ l-Oppozizzjoni ghadu jinteressah biss li jigbed xi ftit voti lejh, anke jekk jaghmel hsara lill-pajjiz.
| Fl-elezzjoni tal-1996, gibdu l-voti ghax taw x'jifhem | lin-negozjanti li se jhalluhom jevadu t-taxxi kemm iridu. Il-messagg wara l-ghajta li se titnehha l-VAT kien li se jitwaqqfu wkoll il-kontrolli kontra l-evazjoni tat-taxxa. Dan ghenhom jirbhu l-elezzjoni u farrak it-tessut finanzjarju ta' pajjizna. Issa qed jippruvaw jilghabu l-istess loghba bil-weghda li se jharsu lejn it-taxxa fuq l-investiment kollettiv. |
| Minghajr ma jghidu li se jbiddlu xi haga, ghax jafu | li m'huma se jbiddlu xejn, iridu jpoggu l-karrotta li jergghu jifthu l-bieb tal-evazjoni tat-taxxa, biex uhud li jafu minn fejn ghandhom jghaddu, jistghu jirrangaw li lanqas il-15% taxxa fuq l-interessi ma jhallsu. Il-kilba ta’ l-oppozizjoni ghal kull vot ilu li tellifhom il-kredibilita’ ma' kulhadd. |
| Il-Gvern ilu jitkellem dwar il-Borza ta’ Malta sa | minn meta’ kien hemm min kellu nteress jonfoh il-prezzijiet, anke ghal ragunijiet politici. Dan hu li hawwad lil xi nies, li ghamew wara profitti fuq il-karta u li ma gewx mghotija pariri tajba minn min suppost jindukralhom l-investimenti taghhom. |
| Bejn dak li qed jigri u dak li gara matul din is-sena | fil-Borza ta' Malta, m'hu differenti xejn minn dak li gara f'Boroz ohra barranin. Ishma li kienu telghu b'mod bla sens matul is-sena 2000, nizlu biex jirriflettu l-valur reali tal-kumpaniji kkwotati. |
| Mill-11 ta' Settembru 'l hawn, dahlet il-letargija li | normalment igibu maghhom avveniment stra-ordinarji. Wiehed jara, pero’, li l-andament fil-Borza taghna hu hafna ahjar minn dak ta' Boroz barranin. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN