Left arrow Go Back

Jithabbru Tliet inizjattivi bil-ghan li tkompli tinholoq SocjetÀ u Ekonomija ibbazata fuq l-informazzjoni

pr1508
Date Icon 17/10/2001
Fil-gimghat li gejjin il-Kummissjoni eMalta ser tniedi tlietprogrammi li huma ntenzjonati biex jiffacilitaw l-uzu tat-Teknologija ta’ l-Informatika fost is-settur kummercjali. Dan qalu l-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt, meta kien qed jindirizza l-ftuh ta’ l-IT & T Fair fit-Trade Fair Grounds, in-Naxxar.
Il-Ministru Gatt tkellem dwar il-fatt li f’dawnl-ahhar ghaxar snin saret bidla sinifikanti f’dan il-qasam, u wiehed jipprevedi li l-bidla ser tkompli tkun ikbar fis-snin li gejjin. Dawn il-bidliet li ghandna quddiemna ser joholqu sfida qawwija, sfida ghall-oqsma kollha tas-socjetà Maltija.

Kien ghalhekk li twaqqfet il-Kummissjoni eMalta. Il-Ministru Gatt qal li l-Gvern irid li pajjizna jkun fuq quddiem nett fir-rivoluzzjoni teknologika. Huwa rrefera ghall-Kummissjoni bhala l-forum ewlieni fejn l-atturi kollha f’dan is-settur, jiltaqghu u jiddiskutu flimkien it-triq li trid taqbad Malta. Dr. Gatt semma’ li karatteristika ewlenija tal-Kummissjoni eMalta kien li din qed tiltaqa’ mal-key players b’mod kontinwu, u gie mfassal pjan ta’ hidma fit-tul. Pjan li tnieda l-gimgha li ghaddiet.

Dr. Gatt habbar li l-ewwel inizjattiva ser tkun it-twaqqif ta’ l-ICT Employers Forum. Dan il-Forum se jlaqqa’ flimkien l-Korporazzjoni ghax-Xoghol u t-Tahrig, l-edukaturi u l-assocjazzjonijiet ta’ min ihaddem biex dak li jigi pprovdut fil-qasam edukattiv jkun jirrifletti l-bzonnijiet ta’ l-industrija f’Malta.

Inizjattiva ohra li ser tniedi l-Kummissjoni eMalta hija t-twaqqif tal-Malta Business Network. Dan ser ikun forum elettroniku fejn kumpaniji barranin li jkunu qed ifittxu partners lokali jkollhom post ta’ referenza centrali.

It-tielet inizjattiva mhabbra llum kienet it-twaqqif tal-Malta Trade Zone, li fiha min jixtieq li jibda joffri il-prodotti tieghu b’mod elettroniku ser ikun jista’ jaghmel dan permezz ta’ Payment Gateway wahda.

Dr. Gatt sahaq li dan huma whud mill-inizjattivi li qed tiehu l-Kummissjoni eMalta lejn il-holqien ta’ socjetà u ekonomija bbazata fuq l-informazzjoni.

Aktar tard il-Ministru Gatt gie mdawwar ma’ l-istands li fil-fiera. Dr. Gatt gie moghti wkoll dettalji dwar survey elettroniku li ser jkun qed isir mill-Kummissjoni eMalta. Dan is-survey mistenni jigbor dettalji dwar l-uzu ta’ l-internet fost dawk li jzuru l-fiera. Min jiehu sehem f’dan is-survey ser ikun qed jippartecipa wkoll f’lotterija li permezz taghha r-rebbieh jkollu l-possibilità li jzur ic-CeBIT Fair li ser issir f’Hannover f’Marzu li gej.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow