SKOLA SPORT F'GĦAWDEX
Skola Sport qed terġa' tiġi organizzata għal darba oħra f'Għawdex, minn nhar is-Sibt, 20 ta' Ottubru, fil-Kumpless Sportiv t'Għawdex.
L-għanijiet prinċipali ta' Skola Sport huma li tintroduċi lil tfal u studenti ta' bejn is-7 u s-16-il sena, lid-dinja ta' l-isports u li tippromwovi l-isports bħala mezz ta' edukazzjoni, formazzjoni u fuq kollox dixxiplina personali. Fl-istess ħin, Skola Sport tfittex li ttejjeb il-livelli ta' dawk li jipprattikaw l-isport għall-gost, għas-saħħa jew għall-kompetizzjoni.
Din is-sena t-tfal li qed jipparteċipaw fi Skola Sport għandhom għażla minn diversi dixxiplini sportivi differenti. Dawn jinkludu table tennis, artistic gymnastics, handball, lawn tennis, basketball, educational gymnastics, martial arts, volleyball, baseball u field hockey. Dawn id-dixxiplini sportivi qed jiġu mgħallma minn instructors differenti, magħżula minn persuni kkwalifikati f'dixxiplini diversi.
Skola Sport, organizzata mill-Gozo Sports Complex, laqgħet applikazzjonijiet għal madwar erba' mitt student li minn nhar is-Sibt, 20 t'Ottubru bejn id-9.00a.m. u 12.00p.m. se jibdew jiffrekwentaw id-diversi sessjonijiet ta' taħriġ sportiv fil-Kumpless Sportiv t'Għawdex. Skola Sport 2001 ġiet ko-ordinata minn Angelo Bonello, Joe Grech Hili, Carmelo Theuma, Melchiorre Cremona, u Renzo Muscat.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN