Left arrow Mur Lura

Stqarrija mill-Ministeru tal-Gustizzja u Gvern Lokali dwar il-Kunsill Lokali tan-Naxxar

pr1504
Date Icon 17/10/2001
Il-Ministeru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali jirreferi għall-kummentili għamel is-Sur Anġlu Xuereb, fl-imgħoddi Sindku tan-Naxxar, bi tweġiba għall-osservazzjoni li għamel il-Ministru Austin Gatt lill-Kunsill tan-Naxxar, għax dan neħħa l-iżbilanċ li ħalla l-Kunsill ta’ qablu.
Fil-qosor is-Sur Xuereb qiegħed jinsisti lil-Kunsill tiegħu ma ħalliex żbilanċ u li iżda kien awtorizzat mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali jinjora l-fatt li fil-kontijiet tiegħu kellu ammont ta’ flus riservati għall-proġetti speċjali.
Qegħdin għalhekk nippubblikaw mill-ġdid estrattmir-Rapport ta’ l-Awdituri Horwath (Malta) għas-sena finanzjarja tal-Kunsill Lokali Naxxar, li għalqet fil-31 ta’ Marzu 2000, dak inhar li spiċċa minn Sindku is-Sur Xuereb.
Mill-iStatement of Affairs tal-finanzital-Kunsill, jidher ċar li l-Kunsill Lokali tan-Naxxar dak in-nhar kellu assi kurrenti li jammontaw għal Lm76,700; u kredituri li kienu jammontaw għal Lm89,242. Dan hu kjarament żbilanċ finanzjarju ta’ Lm12,542.
Is-Sur Xuereb m’hux korrett meta jimplika li biexjikkalkula l-qagħda finanzjarja tiegħu jista’ jneħħi l-ammont li jidher taħt Special Needs Fund. Dan l-ammont jidher ukoll favur il-Kunsill Lokali fuq in-naħa ta’ l-assi tal-Kunsill, bħala flus fil-bank u għalhekk l-ammonti jikkanċellaw ’il xulxin. Dan il-fatt kien konfermat ukoll mill-Awdituri tal-Kunsill Lokali tan-Naxxar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow