Left arrow Mur Lura

Messagg mill-Ministru ghall-Agrikoltura u Sajd Ninu Zammit, fl-okkazjoni tal-Jum Dinji ta’ l-Ikel

pr1501
Date Icon 16/10/2001
L-ikel hu ghajn tal-hajja ta’ kull holqien. Minghajr l-ikel manghixux. Ghall-grazzja t’Alla, ahna l-Maltin m’ahniex neqsin mill-ikel. Anzi, kultant nieklu zzejjed u forsi anki jkun hawn il-hela. Hazin dan, meta nafu kemm miljuni ghad hawn fid-dinja li ma jsibux x’jieklu, jum wara l-iehor. U kemm hawn eluf li ta’ kuljum qed imutu bil-guh.
Il-lum qed nosservaw il-Jum Dinji ta’ l-Ikel. Jumli fih nippruvaw insiru aktar konxji mill-problema kiefra tal-guh li ghadha tolqot tant miljuni ta’ nies f’hafna partijiet tad-dinja. Dak il-guh li hu ikkawzat mill-faqar, mill-klima, mid-dizastri naturali u mill-gwerer.
Meta sitta u hamsin sena ilu, fl-1945, id-dinjaharget minn gwerra dinjija qalila li kienet mifruxa ma’ kullimkien u li halliet qerda liema bhalha, twaqqfet l-organizzazzjoni ta’ bejn il-gnus kollha maghrufa bhala n-Nazzjonijiet Uniti, bl-iskop li gwerra bhal din ma tergax tirripeti ruhha. Din l-organizzazzjoni gharfet mill-ewwel li l-aktar kaguni tal-gwerer u l-konflitti huma l-faqar u n-nuqqasijiet f’certi partijiet tad-dinja. L-aktar faqar baziku u fundamentali hu, bla dubbju ta’ xejn, il-guh.
Permezz ta’ l-Organizzazzjoni ta’ l-Ikel ul-Agrikoltura, in-Nazzjonijiet Uniti ilha ghal dawn l-ahhar sitta u hamsin sena tipprova tikkumbatti kontra l-guh billi tferrex u tizviluppa l-agrikoltura. Ghax temmen, bhalma nemmnu ahna wkoll, li l-glieda kontra l-faqar ma tistax tintrebah jekk ma neqirdux il-guh.
Din hi, fil-fatt, it-tema li biha llum qed nosservawdan il-Jum: Niggieldu l-Guh biex innaqqsu l-Faqar. Din it-tema ghandha rilevanza partikolari f’dawn iz-zminijiet, fid-dawl tar-rabta bejn il-hidma agrikola u l-progress u l-gid tal-popli tad-dinja. Ma jistax ikun nghidu li qeghdin nghixu f’dinja moderna u avvanzata meta ghad fadal, kif digà ghedt, tant miljuni ta’ nies f’diveri pajjizi u regjuni li ghadhom qed ibatu u jmutu bil-guh.
F’pajjizna, ma ghandniex il-problema ta’ guh ufaqar kif insibu f’partijiet ohra tad-dinja, u ghalhekk irridu nharsu lejn it-tifsira ta’ dan il-jum b’zewg lentijiet.
Irridu l-ewwelnett naraw li l-produzzjoni agrikolataghna dejjem titjieb u tissahhah billi nzidu l-efficjenza u nimmodernizzaw is-sistemi. Irridu nzommu politika ghaqlija li thares lill-biedja taghna u taggorna ghall-htigiet tal-lum, kif ukoll politika li thejji ghall-isfidi u l-opportunitajiet tal-gejjieni. B’hekk, barra li nzommu lil pajjizna f’pozizzjoni li jitma lilu nnifsu, jigifieri self-sufficient fil-prodotti ta’ l-ikel, inkunu nistghu nibqghu ngawdu l-beneficcji ambjentali li taghtina l-hidma tal-bidwi.
It-tieni lenti hi dik tas-solidarjetà ma’ min m’huxf’pozizzjoni tajba daqsna. Irridu nzommu dejjem quddiem ghajnejna dawk il-miljuni ta’ tfal li jitwieldu f’pajjizi fejn l-ikel m’hux garantit. Il-hobza ta’ kuljum ghal dawn in-nies ghandha tifsira tal-veru sens tal-kelma. Hi l-ugigh ta’ ras ta’ kuljum kif se jitimghu lil uliedhom u forsi jieklu huma wkoll. F’dan il-jum ghandna nirriflettu ftit fuq dan il-fatt u nahsbu ftit fuq kif nistghu naghtu sehemna, dak il-ftit, li minghand il-hafna, isir hafna.
Fl-okkazjoni tal-Jum Dinji ta’ l-Ikel ghal dinis-sena, nidejna kampanja fl-iskejjel biex inwasslu dan il-messagg u qed isir anki gbir biex tkun meghjuna l-missjoni Dumnikana fl-Albanija. Din il-missjoni qed taghmel tant gid fost popolazzjoni li ilha u ghadha tbati mill-faqar u mill-guh li l-istess faqar igib mieghu. Din hi missjoni ta’ fejda li tinsab fil-belt ta’ Durres, belt kbira, it-tieni l-akbar fl-Albanija, fejn hemm faqar kbir. Hemmhekk il-patrijiet Dumnikani qed jahdmu biex jibnu centru li joffri hidma missjunarja u wkoll servizzi ta’ edukazzjoni, sahha u ghajnuna socjali lill-eluf ta’ persuni fil-bzonn.
Nhar il-Hadd li ghadda, f’pajjizna, ikkommemorajnadin l-okkazjoni b’quddiesa ta’ radd il-hajr, u b’cerimonja li tirrifletti dawn iz-zewg lentijiet. Kien hemm ghotjiet ta’ prodotti agrikoli lill-istituti Maltin li jahdmu fil-qasam filantropiku, u wkoll onorajna b’midalji lil dawk l-individwi li hadmu jew ghadhom jahdmu ghall-gid tal-produzzjoni ta’ l-ikel f’pajjizna.
Nixtieq li minn hawnhekk nappella lil poplu Malti uGhawdxi biex illum izomm ruhu konxju minn dawn iz-zewg perspettivi – il-htiega li nharsu u nsahhu l-produzzjoni agrikola taghna, u l-bzonn u l-obbligu morali li nahsbu f’hutna l-bnedmin madwar id-dinja kollha fl-ispirtu ta’ solidarjetà u mhabba lejn il-proxxmu li tant maghrufin ghalihom ahna l-Maltin. B’hekk inkunu qed ikomplu naghtu sehemna biex nehilsu lid-dinja mill-pjaga tal-guh.
Insellem lil kulhadd u nixtieqilkom gid u sahhalilkom u lill-familji taghkom.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow