IL-PROGETT TA' IMPLIMENTAZZJONI TA' ACCRUAL ACCOUNTING MIEXI KIF IPPJANAT
Il-kelliem ewlieni ta' l-Oppozizzjoni ghall-Ekonomija u Finanzi ghal darb ohra ghaggel biex jipprova jpoggi l-Ministru tal-Finanzi f'dawl ikrah. Uza Konferenza Stampa li saret biex taghmel passi konkreti dwar il-qalba tal-kontijiet tal-Gvern ghas-sistema ta' accrual accounting, u ta' kumment wiehed u nterpretaha hazin. Ma fehemx l-ghan li ghalih giet organizzata din il-Konferenza Stampa mill-Ministeru tal-Finanzi, li t-Task Force ta' l-Accrual Accounting jaghmel parti minnu. F'dik il-Konferenza Stampa t-Task Force ta' l-Accrual Accounting jipprezenta b'mod ufficjali lill-Ministru tal-Finanzi kopja tal-Malta Government Accounting Standards peres li l-Gvern Malti qatt ma kellu dawn it-tip ta' standards. Hekk Malta illum hi fost l-ewwel pajjizi fid-dinja li rnexxielu jaghmel dan. Il-Ministru ta' bidu ghal program ta' tahrig dettaljat rigward l-accrual accounting ghall-impjegati kollha tal-Gvern li jahdmu fil-qasam tal-kontabilità.
Kontra dak li wera l-Onorevoli Brincat, hu ppjanat li l-ewwel rendikonti finanzjarji taht il-metodologija ta' l-accrual accounting se jigu ppreparati mill-Ministeru tal-Finanzi fis-sena 2003, kif kien ippjanat originarjament. L-esperjenza f'pajjizi ohra fejn dahhlu l-accrual accounting, per ezempju l-Ingilterra, turi li hemm bzonn ta' perijodu ta' transizzjoni biex il-figuri taht l-accrual accounting ikunu ta' min joqghod fuqhom. Fil-fatt ir-rendikonti finanzjarji ta' dan il-pajjiz taht l-accrual accounting ma gewx ippubblikati ghal diversi snin sakemm il-metodologija giet stabbilizzata u l-kwalifikazzjonijiet mill-Awditur Generali naqsu ghal numru li huwa normali ghal dan it-tip ta' metodologija. Min jifhem fil-kontabilita jaf li biex ikollok rendikont finanzjarju komplut irid ikollok figuri ta' sena qabel biex tkun tista' taghmel paragun. B'hekk hu ppjanat li fis-sena 2003 se jinghata bidu ghall-accrual accounting billi jigi ppreparat l-ewwel rendikont finanzjarju li se jgib id-data tal-31 ta' Dicembru 2003. Ovvjament billi dan se jkun l-ewwel rendikont finanzjarju taht l-accrual accounting, se jkun hemm biss figuri ta' dik is-sena.
Qed ikun ippjanat li matul l-2003 u l-2004 ikomplu jigu stabbilizzati l-proceduri kollha biex jigi assigurat li l-proceduri u r-regolament finanzjarji kollha relatati ma' l-accrual accounting ikunu implimentati tajjeb fil-Ministeri u d-Dipartimenti kollha tal-Gvern. F'dan il-perijodu l-kontabillità tal-Gvern tkun qed issir b'zewg sistemi paralleli, s-sistema ta' issa u s-sistema l-gdida.
Jekk l-Awditur Generali jkun sodisfatt bit-thaddim tas-sistema gdida wara dawn is-sentejn ta' thaddim parallel, allura tkun tistà tigi mwaqqfa s-sistema l-antika u tibda tahdem biss is-sistema l-gdida mill-2005.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN