SKEMA TA' ASSISTENZA FINANZJARJA LIL GĦAQDIET MHUX GOVERNATTIVI
Ta' kull sena l-Ministeru għal Għawdex jagħti għajnuna finanzjarja lil diversi għaqdiet non-governattivi li jaħdmu fl-oqsma soċjali u edukattivi tal-gżira. Anke din is-sena l-Ministeru għal Għawdex qiegħed jerġa' jniedi l-Iskema ta' Assistenza Finanzjarja lill-Għaqdiet mhux Governattivi u Gruppi ta' Volontarjat Għawdxin, jew li joffru servizz fil-gżira Għawdxija.
Dan sabiex is-settur tal-Volontarjat ikun jista' jtejjeb l-ħidma tiegħu u għaldaqstant isaħħaħ t-tessut soċjali Għawdxi. Matul is-sena li għaddiet kienu 83 għaqda differenti li bbenefikaw minn din l-iskema. Kull għaqda tista' tingħata grant sa massimu ta' Lm500.
L-applikazzjonijiet, li jibqgħu miftuħa sa nhar is-Sibt li ġej 20 t'Ottubru f'nofs in-nhar, jistgħu jinġabru miċĊentru għall-Għaqdiet mhux Governattivi, Xewkija (Tel. 565492), jew mill-Ministeru għal Għawdex (Tel. 561482-5).
Aktar tagħrif jista' jinkiseb mill-istess Ċentru waqt il-ħinijiet normali tal-ftuħ (mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 7.30am - 8.30pm, is-Sibt: 7.30am - 1200pm).
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN