Left arrow Mur Lura

Servizz ġdid ta' Informazzjoni on-line mid-Dipartiment tal-VAT

pr1495
Date Icon 15/10/2001

Id-Dipartiment tal-VAT għadu kemm nieda servizz ġdid on-line bil-għan li jgħin lill-persuni reġistrati mal-VAT u l-pubbliku in ġenerali jikseb informazzjoni dwar id-Dipartiment u l-liġi tal-VAT.

Dan is-servizz jista' jinkiseb fuq il-website uffiċjali tad-Dipartiment tal-VAT www.vat.gov.mt. F'dan il-website, wieħed jista' jikkonsulta l-liġi tal-VAT, isib tweġibiet għal mistoqsijiet li jsiru ta' sikwit dwar il-VAT u informazzjoni ġenerali dwar id-Dipartiment.

Wieħed jista' ukoll b'mezz elettroniku jagħmel talba għal kotba ta' l-irċevuti fiskali bla ma jmur id-Dipartiment u jniżżel kopja tal-formola tar-reġistrazzjoni meta jkun irid jirreġistra mad-Dipartiment tal-VAT.

F'qasir żmien, wieħed ikun jista' wkoll jirreġistra għal VAT direttament b'mod elettroniku mingħajr il-ħtieġa li joqgħod imur id-Dipartiment. Din il-faċilita' tkun tista' tibda tintuża hekk kif ikun pubblikat l-avviż legali rilevanti, li mistenni jigi ppubblikat fi ftit taz-zmien iehor.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow