Left arrow Go Back

AKAR GHAJNUNA U OPPORTUNITAJIET GHAZ-ZGHAZAGH MILL-PROGRAMM "YOUTH" TA' L-UNJONI EWROPEA

pr1493
Date Icon 15/10/2001

Nhar is-Sibt filghodu, fil-Kavallier ta' San Gakbu, saret cerimonja fejn tmien ghaqdiet taz-zghazagh ser jibbenefikaw minn fondi sabiex iwettqu progetti skond il-programm YOUTH tal-Unjoni Ewropea. Fost dawn il-gruppi hemm zewg Kunsilli Lokali li ressqu l-progetti ghaz-zghazagh, u zewg ghaqdiet Ghawdxin. L-ammont globali li ser jircievu dawn l-ghaqdiet jammonta ghal Lm 30,000. Din kienet it-tieni darba li ghaqdiet taz-zghazagh ibbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea. F'Gunju ta din is-sena, seba' ghaqdiet hadu bejniethom Lm 26,000.

Il-progetti li bbenefikaw s'issa jinvolvu exchanges ta' zghazagh b'temi ta' arti, drama, muzika u wirt kulturali.

Wara c-cerimonja tal-firma tal-kuntratti sar seminar dwar il-European Voluntary Service. Is-Segretarju Parlamentari, il-Perit Jesmond Mugliett fil-ftuh ta' dan is-seminar qal li l-EVS huwa programm iehor ta' opportunitajiet. Filwaqt li hafna mill-progetti li bbenefikaw minn dawn il-fondi jinvolvu ghaqdiet, l-EVS jinvolvi individwi li jkunu jixtiequ jaghmlu perjodu ta' volontarjat ma' xi ghaqdiet f'pajjiz barrani. L-istess ghaqdiet li jospitaw il-volontiera jircievu wkoll beneficcji u ghajnuna. Il-perjodu ta' volontarjat jista' jkun twil bejn sitt xhur sa sena u l-voluntier jircievi ghajnuna ghall-akkomodazzjoni u pocket money. L-idea ta' volontarjat kif imfassal f'dan il-programm mhux bilfors ifisser li wiehed jista' jaghmel perjodu ta' xoghol ma' ghaqda filantropika. Wiehed jista' jaghmel perjodu ta' voluntarjat ma' kwalunkwe ghaqda impenjata fis-socjeta' civili.

Minnbarra l-opportunitajiet li johloq ghaz-zghazagh Maltin l-EVS huwa opportunita' sabiex l-istess zghazagh meta jirritornaw f'Malta jwaffqu progetti simili bhalma jkunu hadmu fuqhom lil 'l hinn minn xtuna.

Barra minn hekk l-EVS huwa wkoll opportunita' biex ghaqdiet taz-zghazagh, Kunsilli Lokali u ghaqdiet voluntiera Maltin jospitaw voluntiera mill-Ewropa u jircievu beneficcji .

Il-Perit Mugliett awgura liz-zghazagh sabiex jisfruttaw din l-opportunita' gdida. Bhalma ghaqdiet taz-zghazagh Maltin qeghdin jinbiddlu u jaghtu dimensjoni internazzjonali lill-hidma taghhom, hekk ukoll il-kuncett ta' volontarjat jista' jissahhah bil-partecipazzjoni f' dan il-programm ghax jinkoraggixxi responsabilta' civika.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow