Intervent f’isem sajjieda Maltin u Ghawdxin
pr1489
12/10/2001
| Il-Ministeru ghall-Agrikoltura u Sajd, permezz tad-Dipartiment | tas-Sajd u l-Akwakultura, qed jintervjeni ma’ l-Awtoritajiet Tunezini dwar tfixkil li sajjieda Maltin u Ghawdxin qalu li qed isibu minn xi sajjieda Tunezini, waqt is-sajd ghal-lampuki. |
| Skond l-informazzjoni li waslet ghand il-Ministeru f’dawn | l-ahhar gimghat, sajjieda barranin qed idawru l-kannizzati ta’ sajjieda Maltin u Ghawdxin li jkunu fuq sajd ghal-lampuki, bir-rizultat li s-sajjieda Maltin u Ghawdxin m’humiex isibu hut mac-cimi. Fir-rigward tas-sajjieda Maltin, il-problemi inqalghu fix-Xlokk ta’ Malta, f’bahar madwar 45 mil ’l barra minn Malta, filwaqt li fir-rigward tas-sajjieda Ghawdxin, il-problemi nqalghu f’bahar bejn 36 mil u 65 mil ’l barra minn Ghawdex. |
| Id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura kiteb lid-Dipartiment | tas-Sajd tat-Tunezija fejn talab l-intervent dirett ta’ l-awtoritajiet Tunezini biex tkun solvuta din il-problema. Barra minhekk, il-Forzi Armati ta’ Malta ntalbu jaghtu l-protezzjoni taghhom lis-sajjieda Maltin u Ghawdxin. |
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN