Kampanja ta` Tilqim Kontra l-Influwenza
Id-Dipartiment tal-Kura Primarja jixtieq javza lill-pubbliku li l-vaccin kontra l-influwenza issa wasal u dawk kollha li huma intitolati ghal dan il-vaccin minhajr hlas, issa jistghu jmorru jitlaqqmu fid-diversi Centri tas-Sahha.
It-tilqim jista’jittiehed mic-Centri tas-Sahha, mit-Tnejn sal-Hadd kif ser jigi msemmi hawn taht:
- Mill-klinika ta’ Servizz Nazzjonali ta’ Tilqim fic-Centri tas-Sahha tal-Furjana, Rabat, Mosta, Gzira, Bormla, Rahal Gdid, Qormi mit-Tnejn sas-Sibt, bejn 10.00a.m. u nofs in-nhar
- Mic-Centru tas-Sahha ta` Birkirkara mit-Tnejn sas-Sibt, bejn 09.00a.m. u 11.00a.m.
- Mic-Centri tas-Sahha tal-Furjana, Mosta, Rahal Gdid u l-Gzira, nhar ta` Hadd bejn 09.00a.m. u nofs in-nhar.
Id-Dipartiment jirrakkomanda li l-vaccin ghandu jittiehed minn:
- Persuni li huma rikoverati jew li jghixu f`istituzzjonijiet
- Persuni li ghandhom aktar minn 65 sena
- Persuni li jahdmu fil-qasam tas-sahha
- Persuni ta` kull eta` li jbatu minn: mard kroniku tal-Pulmun, mard kroniku tal-Qalb, mard kroniku tal-Fwied, mard kroniku tal-Kliewi, Azma kronika, Dijabete u Immunodeficenza
Dawk il-persuni li huma inkluzi f`xi wahda minn dawn il-kategoriji huma intitolati li jiehdu il-vaccin minghajr hlas fil-klinika/Centru tas-Sahha taghhom.
Il-publiku huwa mitlub jikkopera mad-Dipartiment billi jmur ghat-tilqim fil-hinijiet imsemmija, jiehdu maghhom il-Karta ta` l-Identità, u f`kaz ta` persuni li ghandhom inqas minn 65 sena u jbatu mill-mard kroniku msemmi, jiehdu wkoll certifikat ta` evidenza li qed ibatu minn dan il-mard.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN