Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR. JOHN DALLI, MINISTRU TAL-FINANZI WAQT KONFERENZA STAMPA DWAR ACCRUAL ACCOUNTING

pr1486
Date Icon 12/10/2001

Il-Gvern hu mpenjat li jimmodernizza s-sistema ta’ l-accounting tiegħu biex minn banda jzid l-accountability fil-livelli kollha tas-Servizz Pubbliku u mill-banda l-ohra jkollu informazjoni aħjar biex ikunu jistgħu jittieħdu d-deċiżjonijiet.

Dan l-impenn hu tradott fil-proġett biex nibdlu s-sistema eżistenti ta' cash accounting għal waħda ta' accrual accounting. Għalkemm is-sistema ta' accrual accounting ilha tiġi prattikata fis-settur privat għal għexieren kbar ta' snin, huma ftit il-Gvernijiet li jużaw din is-sistema, u dan minn ftit snin 'il hawn biss. Il-biċċa l-kbira tal-Gvernijiet jużaw is-sistema ta' cash accounting, li zzomm kont tal-flus li jidħlu fil-kontijiet tal-Gvern u tal-flus li jitħallsu mill-Gvern. Kunċetti bhal depreciation, asset replacement planning u debtor and creditor management, qed jingħataw importanza sekondarja.

Twaqqfet Task Force biex tiġi żviluppata s-sistema ta' accrual accounting u biex ikun organizzat il-proċess ta' implementazzjoni.

L-introduzzjoni ta' l-accrual accounting hija bidla kbira fil-mod kif jiġi amministrat ix-xogħol finanzjarju tal-Gvern. Din ir-riforma se tinfirex ’l hinn mill-Ministeri u Dipartimenti; u se jkollha impatt qawwi fuq kif kull Dipartiment se jamministra l-finanzi tiegħu minn jum ghal jum. L-accrual accounting hija management tool li tgħin u tiffaċilita l-funzjoni finanzjarja.

L-għanijiet ewlenin tagħna huma mmirati lejn implimentazzjoni ta' proċeduri maniġerjali professjonali fid-Dipartimenti, li jipprovdu mekkaniżmu li jassigura li l-posizzjoni finanzjarja tintwera bl-aktar mod realistiku. Dawn l-għanijiet jgħinuna biex ikollna mekkanizmu ta' kontroll finanzjarju ħafna aħjar, u jipprovdi mezzi kif tpaċi l-ispiża mal-valur miksub, b'hekk jiġi ffaċilitat il-business planning u tbassir finazjarju fuq medda twila ta' żmien. Minn mindu l-Gvern waqqaf it-Task Force sar progress sostanzjali li jinkludi l-abbozz tal-Malta Government Accounting Standards kif meħtieġ skond l-International Accounting Standards.

Din hija l-ewwel darba fl-istorja tal-Gvern Malti li ġew miġbura accounting standards u se jkunu japplikaw għad-Dipartimenti kollha, kif ukoll għal xi entitajiet oħra tal-Gvern. Dawn l-Standards jiddefinixxu l-prinċipju ta' kontabilità, regoli u proċeduri dwar kif għandhom jiġu trattati transazzjonijiet ġenerati mid-Dipartimenti tal-Gvern. Il-Ministeru tal-Finanzi mplimenta wkoll proċeduri rigward Asset Management (inventarju) fid-Dipartimenti. Dawn il-proċeduri għandhom l-għan ewlieni li jelenkaw ir-riżorsi tal-Gvern u l-valur tagħhom. Dawn il-proċeduri jiffaċilitaw l-ippjanar tal-bdil ta' l-assi fid-Dipartimenti. Pass importanti ieħor kien il-preparazzjoni ta' proċeduri rigward Debituri u Kredituri. Dawn il-proċeduri huma maħsuba biex jghinu lill-Gvern jiġbor dak li hu dovut lilu fl-iqsar żmien possibbli u wkoll ikun jista' jħallas il-pagamenti tiegħu fi żminijiet aċċettabli.

Dawn il-proċeduri u kunċetti ġodda jirrikjedu livell ogħla ta' kompetenza fil-kontabilità fid-dipartimenti tal-Gvern. Għalhekk, il-Ministeru tal-Finanzi llum qed iniedi programm ta' taħriġ fl-accrual accounting għall-impjegati li jaħdmu fil-qasam tal-kontabilità, bil-għan li jibni kompetenza fil-kontabilità fid-Dipartimenti kollha tal-Gvern. Ħames mitt impjegat tal-Gvern huma mistennija jattendu għal dan it-taħriġ li jikkonsisti fi tlieta w sittin nofs ta' nhar, b'lezzjoni darba fil-ġimgħa, li jwassal għal grad ta' livell avvanzat. Dan huwa biss il-bidu. Taħriġ ieħor huwa maħsub li jingħata biex jiġi assigurat żvilupp professjonali mill-haddiema tal-Gvern f'dan il-qasam.

Il-Ministeru tal-Finanzi qiegħed bħalissa wkoll jipprepara abbozz ta' liġi ġdid bl-isem ta' Public Finance Management Act, fejn qed tiġi msaħħa l-leġislazzjoni presenti biex tirrifletti l-prinċipji u prattiċi ta' l-accrual accounting.

Hu ppjanat li x-xogħol kollu li għandu x'jaqsam ma' l-implimentazzjoni tal-accrual accounting ikun lest sa Dicembru 2004, u b'hekk il-metodoloġija ta' l-accrual accounting fil-Gvern tkun tista' tidħol fis-seħħ minn Jannar 2005. Ix-xogħol li sar u li se jsir bejn issa u d-data msemmija, se jwitti t-triq biex l-implimentazzjoni ta' l-accrual accounting issir bl-anqas diffikultajiet possibbli u niksbu riżultati mmedjati minn din il-metodoloġija gdida. Kif diġà ġie spjegat, l-accrual accounting se tipprovdi informazzjoni finanzjarja aktar ċara fejn turi b'aktar preċizjoni l-qaghda finanzjarja tal-Gvern, u tipprovdi bażi soda għal ippjanar finanzjarju fit-tul.

IMPLIMENTAZZJONI TA' L-ACCRUAL ACCOUNTING FID-DIPARTIMENTI TAL-GVERN

IMPLEMENTATION OF ACCRUAL ACCOUNTING IN GOVERNMENT DEPARTMENTS

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow