Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR. LAWRENCE GONZI, VICI PRIM MINISTRU U MINISTERU GHALL-POLITIKA SOCJALI, FL-GHELUQ TAL-KONFERENZA NAZZJONALI "CHALLENGES IN THE WORK ENVIRONMENT" ORGANIZZATA MILL-FONDAZZJONI RICHMOND

pr1480
Date Icon 11/10/2001

Hon. Members of Parliament

Mr. Graham

Ladies and Gentlemen:

First of all I wish to show my appreciation for your invitation to deliver this closing message. It is indeed a sector, which as you all know, is close to heart, besides forming part of my ministerial responsibilities. Indeed, I welcome this initiative taken in partnership between four key organisations, which sought to investigate mental well-being in the workplace. Allow me now however, to proceed with this address in Maltese.

Ma hemm'x dubju li d-dinja tax-xoghol qed issir wahda aktar kumplessa. Il-kompetizzjoni, l-introduzzjoni ta' teknologiji godda, il-mixja lejn il-provizjoni ta' servizzi personalizzati, il-privatizzazzjoni ta' l-intraprizi tal-Gvern, ir-ristrutturar u l-metodi godda tax-xoghol ghalkemm huma process pozittiv ta' zvilupp kemm fuq livell ekonomiku, kif wkoll fuq livell socjali, dejjem ihalli xi tip ta' mpatt fuq is-sahha kemm fizika kif wkoll mentali kemm ta' min jahdem kif wkoll ta' min ihaddem.

Studju li sar fl-1996 minn Fundazzjoni Ewropea (European Foundation for the Improvement of Living and Working Conditions) indika li madwar 29% tal-haddiema jikkunsidraw li x-xoghol jaffettwalhom sahhithom. Fost dawn, 30% isofru minn ugiegh f'darhom jew fil-muskoli, 28% isofru minn stress filwaqt li 20% ihossu hafna ghajja (fatigue). Jidher wkoll li forom godda ta' mpjieg bhalma huwa x-xoghol b'kuntratt definit qed ikun kawza ta' job insecurity li wkoll gie rappurtat li qed jimmanifesta ruhu f'aktar problemi klinici u problemi ta' natura ta' sahha.

Dawn il-figuri minnhom infushom ghandhom impatt kemm fuq il-politika socjali kif wkoll fuq dik ekonomika. Mill-istess studju jirrizulta li 23% tal-haddiema Ewropej ma' rappurtawx ghax-xoghol minhabba problemi ta' natura ta' sahha matul it-tnax-il xahar ta' qabel ma sar l-istudju. L-assenza minn fuq il-post tax-xoghol kellha medja ta' erbat ijiem ghal kull haddiem. Ghall-Unjoni Ewropea dan jirraprezenta 600 miljun gurnata xoghol mitlufa fis-sena. Anki f'Malta, l-ammont ta' granet mitlufa fuq il-post tax-xoghol lahhaq ghal kwazi miljun gurnata (988,991) matul is-sena 2000.

Dan kollu juri li hemm bzonn li noqghodu attenti sabiex dan it-tibdil fid-dinja tax-xoghol ma' jikkawzax konsegwenzi negattivi fuq il-kwalità tal-hajja tal-haddiema u l-familji Maltin. Aktar minn hekk, irridu noqghodu attenti sabiex il-postijiet tax-xoghol taghna jkunu mehlusa minn riskji li jistghu jikkawzaw problemi ta' sahha mentali. Kien ghalhekk li meta' l-Gvern kien qieghed jfassal il-ligi l-gdida dwar is-sahha u s-sigurtà fuq il-post tax-xoghol, ha hsieb li jinkludi l-harsien tas-sahha psikologika tal-haddiema bhala obbligu primarju ta' kull min ihaddem. Fuq il-lat differenti, dan kien wkoll f'mohh il-Gvern meta gie biex iwaqqaf il-Kummissjoni Nazzjonali Familja bl-iskop li thares u tistuduja l-impatt tal-forom godda ta' pressjoni fuq l-istituzzjoni tal-familja.

Huwa f'dan id-dawl li wiehed jinnota l-importanza ta' din il-konferenza. Certament hemm bzonn ta' tahrig f'hiliet personali (personal skills) sabiex kull haddiem jitghallem jaffaccja u jilqà ghal dawn l-isfidi l-godda minghajr ma' jhallihom jaffettwaw b'mod negattiv lil sahhtu. Hemm bzonn ta' aktar gharfien fost min ihaddem sabiex jaghmel il-post, l-organizzazzjoni u d-disinn tax-xoghol tajjeb ghal haddiem u sabiex ix-xoghol fih innifsu jkun adattat ghal haddiem u mhux biss billi il-haddiem jadatta ruhhu ghax-xoghol.

Il-beneficcji li jistghu jinkisbu minn prattici tajba tax-xoghol u prattici preventivi mhumiex semplicement beneficcji li jissarfu f'haddiema aktar kuntenti u dedikati ghal xogholhom. Ghalkemm dan ghandu jkun l-ewwel mira ta' prattici bhal dawn, wiehed ma jridx jinsa li prattici tajba tax-xoghol itejbu l-produttività tal-haddiema u sussegwentement itejbu l-profitti tà l-azjenda, filwaqt li jsahhu r-reputazzjoni u l-fama tajba tal-prodott jew servizz li jkun qed jinghata.

Naturalment, mhux kull problema ta' sahha mentali tigi kkawzata mill-post tax-xoghol. Hemm min ibati minn problema kronika u hemm wkoll min jkun ghaddej minn problemi personali li jaffettwaw xogholu. Hemm persuni li ghandhom tolleranzi differenti ghal sitwazzjonijiet differenti, filwaqt li hemm min ikollu bzonn appogg fuq il-post tax-xoghol tieghu minhabba n-natura tal-problema tieghu. Huwa f'dan is-sens li hemm bzonn jigu mhejjija programmi ta' appogg sabiex jghinu lil dawk il-haddiema li, kemm fuq bazi temporanja jew permanenti, jkunu qed jimmanifestaw diffikultajiet ta' sahha mentali.

Naturalment, hawn azjendi li kif smajtu llum digà ghandhom mekkanizmi interni sabiex jipprovdu dan is-servizz. Madankollu, wiehed ma jridx jinsa n-nurmu kbir ta' intraprizi ta' daqs zghir u medju li jikkostitwixxu l-maggoranza assoluta tal-postijiet tax-xoghol lokali, li hafna drabi la jkollhom risorzi finanzjarji u lanqas umani sabiex jkunu jistghu jassistu lil dawn il-persuni. Huwa dawn it-tip ta' servizzi li hemm bzonn li nkomplu nizviluppaw u nsahhu permezz ta' shubija bejn il-Gvern u l-ghaqdiet volontarji f'dan is-settur.

Nifhem illi digà qed isir xoghol tajjeb u imprezzabbli minnkom ilkoll, imma madankollu ma nistghux nikkuntataw b'li ghandna. Nahseb illi ghad hemm hafna xi jsir fil-qasam tà l-azjendi ta' daqs zghir u medju.

Huwa f'dan is-sens li l-Awtorità ghas-Sahha u s-Sigurtà fuq il-post tax-Xoghol behsiebha aktar il-quddiem tniedi servizz ta' appogg ghall-haddiema (Employee Assistance Programme) sabiex toffri servizzi varji lil dawk il-persuni li jkunu qed jesperjenzaw riskju jew periklu ghall-sahhithom fuq il-post tax-xoghol. Dan is-servizz mhux mahsub biss ghal kazijiet ta' periklu fiziku, imma wkoll ghal dawk is-sitwazzjonijiet li jista' jkollhom konsegwenzi psikologici u psikjatrici. Nifrah wkoll lill-Fundazzjoni Richmond li llum nediet dan il-programm u nwieghed l-appogg tal-Ministeru tieghi lill-Fundazzjoni Richmond sabiex dan il-programm jkun jista' jitwettaq.

Dan il-Gvern imexxi politika ta' inkluzjoni fis-sens wiesgha taghha. Irridu li hadd ma jibqa lura', irridu li noholqu socjetà li fiha kulhadd ikollu sehem, irridu naraw li kull persuna tilhaq il-massimu tal-potenzjali taghha. Biex dan isir hemm bzonn li noholqu socjetà accessibbli, ambjent ta' xoghol li ma' jiddiskriminax kontra min ikollu xi tip ta' diffikultà ta' sahha mentali, xoghol li fih innifsu ma' jaghmilhiex aktar difficli lil min ghandu problema ta' sahha mentali sabiex jahdem. Irridu nsibu metodi ta' ingagg, tahrig u appogg li jkun adattati ghal bzonnijiet ta' dawn il-persuni.

Nahseb illi dawn huma sfidi li lkoll kemm ahna irridu naffaccjaw b'metodi differenti. Ahna l-politici rridu nistimolaw l-holqien ta' socjetà inklussiva w accessibbli. Intom bhala persuni nkarigati fil-qasam tar-rizorsi umani tridu tharsu lejn metodi ta' kif tistghu tizviluppaw l-potenzjal tar-rizorsi umani li gew avdati fir-responsabbiltà taghkom irrispettivament minn dak li jista' jidher ta' xkiel f'ghajnejn hafna. Dawk il-persuni li jahdmu f'dan il-qasam iridu jkomplu jsahhu l-konvinzjoni ta' persuni bi problemi ta' sahha mentali, kif wkoll ta' dawk li jhaddmu sabiex jemmnu fil-kapacitajiet li kull persuna ghandu u sabiex ikomplu jinstabu metodi effikaci biex dawn il-hiliet ma' jintilfux. Dawk il-persuni li ghandhom jew sabu ruhhom f'diffikultà iridu jibqghu jinsistu fuq dak li bi dritt huwa taghhom - impjieg dinjituz u produttiv.

Bhalma ilna naghmlu ghal hafna snin, is-sigriet ta' politika soda f'dan il-qasam tinsab fis-sinergija li hemm bzonn li titnissel u tittkattar bejnietna. Dan hu dak li l-Korporazzjoni ghax-Xoghol u Tahrig, il-Fundazjoni Richmond, dik ghall-Izvilupp tar-Rizorsi Umani u l-Kummissjoni Nazzjonali ghas-Sahha Mentali qed jaghmlu. Nawgura li dan l-arrangament jaghti l-frott u jirrepplika ruhhu f'organizzazzjonijiet ohrajn simili.

Grazzi

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow