IL-JUM DINJI TA' L-IKEL
Fl-okkazjoni tal-Jum Dinji ta' l-Ikel li jitfakkar kull sena fis-16 ta' Ottubru, il-Ministeru ghall-Agrikoltura u Sajd din is-sena nieda kampanja fl-iskejjel biex isir gbir halli tkun meghjuna l-missjoni Dumnikana fl-Albanja.
Din il-kampanja hi marbuta mat-tema li l-Organizzazzjoni ghall-Biedja u l-Ikel (FAO) ghazlet ghal dan il-Jum din is-sena: Niggieldu l-Guh biex Innaqqsu l-Faqar.
Il-patrijiet Dumnikani Maltin kienu minn ta' l-ewwel li marru fl-Albanija mat-tmiem ta' l-era dittatorjali biex jghinu b'kull mezz lill-poplu fqir ta' dak il-pajjiz. Din il-missjoni qed iwettquha bl-ghajnuna ma taqta' xejn tal-poplu Malti fil-belt ta' Durres, it-tieni l-akbar belt fl-Albanija. Bhalissa huma qed jahdmu biex jibnu centru li joffri hidma missjunarja u wkoll servizzi ta' edukazzjoni, sahha u ghajnuna socjali lil tant persuni fil-bzonn.
Kull sena, fl-okkazjoni tal-Jum Dinji ta' l-Ikel, il-Ministeru ghall-Agrikoltura u Sajd jiehu l-inizjattiva li jniedi kampanja halli jkunu meghjuna progetti b'risq persuni fil-bzonn. Fl-1999 u s-sena l-ohra l-ghajnuna migbura marret ghall-bini mis-Socjetà Missjunarja ta' San Pawl ta' centru ghal tfal abandunati fil-Peru.
L-attivitajiet ufficjali biex jitfakkar dan il-Jum f'Malta se jsiru nhar il-Hadd li gej fl-Imqabba, b'quddiesa ta' Radd il-Hajr fil-knisja parrokkjali fl-10.10 a.m. u bil-prezentazzjoni ta' midalji lil persuni li iddistingwew ruhhom fil-produzzjoni ta' l-ikel u vouchers lil istituti tal-karità u filantropici li jkunu jistghu jissarrfu fi prodotti agrikoli. Din il-prezentazzjoni se ssir fis-Civic Hall tal-Kazin tal-Football fil-11.00 a.m.
F'dawn l-attivitajiet se jippresiedi l-President ta' Malta, il-Professur Guido de Marco.
Il-Ministru ghall-Agrikoltura u Sajd Ninu Zammit jaghmel messagg dwar it-tifsira tal-Jum Dinji ta' l-Ikel u t-tema maghzula ghal din is-sena, fuq il-mezzi tax-xandir ta' l-Istat nhar it-Tlieta li gej filghaxija.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN