Left arrow Mur Lura

RIABILITAZZJONI BI SKOP DOPPJU

pr1472
Date Icon 11/10/2001

Il-Ministru ghall-Ambjent, Dr Francis Zammit Dimech illum ghamel zjara f'dar fil-Belt Valletta, li tinsab f'numru 23, Triq it-Tramuntana, il-Belt Valletta.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li kien ta' pjaċir għalih iżur din id-dar li qed tiġi riabilitata mill-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta, biex tagħti kenn temporanju lil nisa u tfal. Din id-dar qed titmexxa mill-Fondazzjoni Suret il-Bniedem.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li din il-ħidma kienet qed tilħaq żewġ skopijiet importanti -

· li tirriabilita u tirrestawra dar oħra fil-Belt Valletta li kienet abbandunata biex hekk il-kapitali ta' pajjiżna tingħata dehra dejjem aħjar;

· li jsir l-ahjar uzu minn din id-dar, li se sservi biex toffri mhux biss post fejn nisa bla dar ikollhom saqaf fuqhom, iżda fejn jingħataw ukoll il-faċilitajiet meħtieġa, bħal dawk tas-saħħa.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li din id-dar ingħatat lill-Fondazzjoni Suret il-Bniedem mill-Awtorità tad-Djar wara appoġġ għal din l-inizjattiva ta' l-Ordni tal-Kapuċċini f'Malta, mid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali. Wara li din id-dar ingħatat lill-Fondazzjoni, il-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta offra l-għajnuna tiegħu biex jirriabilita din id-dar. Il-post kien jeħtieġlu ħidma estensiva ta' riabilitazzjoni biex tilqa' fiha nisa, bi tfal u mingħajr tfal, li ma jkollhomx fejn joqgħodu. Ix-xogħol strutturali, li jinkludi tibdil ta' soqfa kundannati, modernizzar ta' sistemi u restawr li jinkludi l-galleriji, se jiswa madwar Lm18,000 u qed isir minn ħaddiema tal-Kalaxlokk u tad-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet fil-Ministeru ta' l-Ambjent.

Kulħadd jaf li jeżistu problemi soċjali fil-lokalitajiet madwar il-Port il-Kbir u għalhekk dan il-proġett kien wieħed bżonnjuż. Din l-inizjattiva tal-Fondazzjoni Suret il-Bniedem kienet waħda ta' min ifaħħarha u jinkoraġġiha. Kien f'dan l-ispirtu li l-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta daħal biex jagħti l-kontribut tiegħu għal dan il-proġett. Il-Ministru qal li din il-ħidma kienet eżempju ieħor ċar tal-koperazzjoni li tezisti bejn il-Gvern u l-volontarjat fil-qasam soċjali, fejn l-volontarjat hu anke f'pożizzjoni tajba biex iwettaq azzjoni diretta favur dawk li jeħtieġu l-protezzjoni.

Il-Ministru Zammit Dimech, filwaqt li assigurahom mill-appoġġ tal-Gvern, awgura kull suċċess lill-Fondazzjoni Suret il-Bniedem f'din l-inizjattiva tagħhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow