Left arrow Mur Lura

TISSOKTA D-DEVOLUZZJONI FIL-LOKALITÀ TA' HAD-DINGLI

pr1468
Date Icon 10/10/2001

"Il-Politika ta' Devoluzzjoni li qed imexxi l-Gvern fejn l-amministrazzjoni ta' Propjetajiet Pubblici tghaddi lill-Kunsilli Lokali, irrelevanti minn min hi mmexxija l-maggoranza, irnexxiet". Dan qalu l-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt meta kien qed jattendi ghac-cerimonja li fiha saret id-devoluzzjoni tal-Librerija li hemm f' Had-Dingli lill-Kunsill ta'l-istess lokalità.

Il-Ministru Gatt sostna li din il-politika kienet frott ta' zewg ghazliet li ha l-Gvern dik li jizdiedu l-fondi tal-Kunsilli Lokali, kif ukoll li jinghata bidu ghad-devoluzzjoni innifisha.

Il-Ministru Gatt qal li l-ammont ta' talbiet li jezistu kif ukoll l-ammont ta' propjetajiet li digà ghaddew lill-Kunsilli Lokali huma xhieda tal-fiducja li l-Gvern ghandu fil-Kunsilli Lokali.

Il-Ministru Gatt fahhar il-hsieb li din il-librerija tkun ghas-servizz u l-uzu ta' kulhadd. Huwa qal li sfortunatament kienet qed tinghata wisq importanza lil-htigijiet infrastrutturali tal-lokal filwaqt li hemm il-htiega li tinghata spinta lill-htigijiet tal-komunità.

Dr. Gatt tkellem ukoll fuq il-process tad-devoluzzjoni tad-dwal tat-toroq, process li nbeda ricentement u li zgur ser iservi biex lokalità bhal Had-Dingli tkun tista' tamministra ahjar l-manutenzjoni tad-dwal tat-toroq.

Meta kien qed jirreferi ghal-Gwardjani Lokali, Dr. Gatt fakkar kif il-Kunsill ta' Had-Dingli kien ghazel li jwaqqaf is-sistema tal-Gwardjani Lokali fil-lokalità tieghu. Madanakollu, kompla Dr. Gatt, il-Gvern jrid jara li l-infurzar jsir u kien ghalhekk li d-delega l-infurzar lill-kumitat kongunt li kien jifforma parti minnu Had-Dingli. Id-devoluzzjoni tar-responsabilità ta' l-infurzar tal-ligi fil-lokalitajiet lill-Kunsilli Lokali saret biex l-infurzar isir skond il-htigijiet specifici ta' kull lokalità. Dr. Gatt ikkummenta wkoll fuq il-fatt li ricentement is-Sindku ta' Had-Dingli ilmenta fuq kif mill-qalba tal-lokalità qed jghaddu trakkijiet kbar kontra l-ligi u allura li kieku l-infurzar ghadu jigi amministrat mill-Kunsill kien ikollu l-ghodda biex jara li dan jigi infurzat.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow