Left arrow Go Back

IT-TIELET SENA TA' HIDMA TAL-GVERN "INSAHHU PAJJIZNA" - MINISTERU TA' L-AGRIKOLTURA U SAJD

pr1466
Date Icon 10/10/2001

Il-mira ewlenija tal-Gvern prezenti fl-oqsma tal-biedja u s-sajd fis-snin li gejjin se tkun it-tishih fil-kwalità tal-prodott u efficjenza akbar fil-marketing tal-prodotti tal-biedja, inkluzi dawk tal-laham, u l-konservazzjoni tar-rizorsi naturali tas-sajd.

Dan qalu l-Ministru ghall-Agrikoltura u Sajd Ninu Zammit, f'konferenza ta' l-ahbarijiet dalghodu, li matulha nghata taghrif dwar il-hidma tal-Ministeru ghall-Agrikoltura u Sajd matul it-tielet sena ta' din il-legislatura.

Il-Ministru Zammit qal li l-Gvern prezenti jemmen bis-shih fl-importanza li ghad ghandhom il-biedja u s-sajd u ghaldaqstant se jghinhom anki biex jirristrutturaw ruhhom fid-dawl ta' l-isfidi godda li jinqalghu minn zmien ghal iehor.

Hu fakkar li matul din is-sena, is-settur tal-produzzjoni tal-laham intlaqat minn zewg krizijiet b'rizultat ta' mard li laqat lill-baqar u lill-majjali f'pajjizi ohra, jigifieri l-marda tal-Mad Cow u l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer. Hu qal li permezz tal-prekawzjonijiet u l-mizuri kollha li ttiehdu dawn iz-zewg mardiet inzammu 'l boghod minn pajjizna. Madankollu, il-marda tal-Mad Cow kellha effett hazin hafna fuq il-bejgh tac-canga, filwaqt li kellu jkun impurtat il-majjal biex setghet tintlaqa' t-talba kbira li kien hawn ghall-prodotti tal-majjal meta naqset id-domanda ghac-canga.

Il-Ministru Zammit qal li s-sitwazzjoni tidher li qed terga' lura ghan-normal. Fl-istess waqt, ghadhom qed jittiehdu l-prekawzjonijiet kollha mehtiega biex dawn il-mardiet ma jidhlux f'pajjizna. Fost l-ohrajn, l-ghoggiela u l-baqar kollha li jidhlu ghall-qatla fil-biccerija qed ikunu ttestjati permezz ta' apparat li nxtara apposta u l-laham immarkat li hu safi mill-marda tal-Mad Cow. Ghal kull test li jsir jintuza kit apposta li jiswa Lm10.

Komplew isiru wkoll ir-ricerki dwar mardiet ohra kemm fil-merhliet u r-rizultati komplew juru li nqerdu ghal kollox il-mard tat-tuberkulozi u tal-brucellozi. Provi ohra saru fuq il-kwalità tal-ghalf, b'mod partikolari l-ghalf tal-baqar, fejn anki kienet introdotta s-sistema ta' ghalf ghall-baqar tal-halib, maghrufa bhala Total Mixed Ration (TMR), u li permezz taghha tjiebet hafna l-kwalità tal-halib.

Il-Ministru Zammit irrifera wkoll ghall-ghajnuna li nghatat lill-bdiewa, lir-rahhala, lill-kooperattivi u lill-ghaqdiet taghhom, kemm permezz ta' ghajnuna finanzjarja diretta u permezz ta' sussidji kif ukoll permezz ta' pariri teknici. L-ghajnuna finanzjarja kienet tinkludi aktar minn Lm62,000 f'self u ghotjiet u Lm9,648 f'sussidju fuq interessi mill-Banek. Il-Gvern issa se jibda jissussidja l-interessi kollha fuq self sa Lm12,000 li jsir mill-bdiewa u r-rahhala biex jimmodernizzaw l-operat taghhom u biex itejbu l-igjene fl-irziezet.

Sar ukoll tishih fil-biccerija, li llum hi l-unika biccerija li qed topera f'Malta. Il-Ministru Zammit qal li dan it-tishih ghandu jghin fil-process li jista' jwassal biex il-biccerija tibda titmexxa mill-privat, preferibbilment bl-involviment tal-produtturi tal-laham u tal-bicciera.

Din is-sena nkiseb prezz rekord ghall-patata Santè esportata lejn l-Olanda, fejn il-bidwi thallas Lm14-il qantar. Il-kuntratt ma' l-importaturi Olandizi rega' kien estiz b'sentejn ohra bl-iskop li jkunu garantiti prezzijiet tajbin.

Fil-qasam tal-biedja, kompliet il-produzzjoni ta' sigar tal-frott hielsa mill-mard u ta' varjetajiet bikrin.

Beda wkoll jithejja programm nazzjonali ta' zvilupp rurali li, fost l-ohrajn, ghandu jservi bhala l-bazi tar-ristrutturar tal-qasam agrikolu f'pajjizna.

Dwar il-qasam tas-sajd, il-Ministru Zammit semma l-ligi li saret biex, fost l-ohrajn, ikunu konservati r-rizorsi tas-sajd halli tkun garantita s-sostenibbiltà tas-settur. Semma wkoll l-ghajnuna li kompliet tinghata lis-sajjieda, kemm dik finanzjarja diretta, kif ukoll permezz tas-sussidju fuq id-diesel. Is-sussidju fuq id-diesel kien jammonta ghal aktar minn Lm111,000. Sar ukoll tishih fl-organizzazzjoni tal-pixkerija, filwaqt li kompliet issir il-manutenzjoni ta' diversi slipways u anki nbidlu madwar 150 rmigg minn hadid ghal stainless steel.

Issahhet il-funzjoni tac-Centru dwar l-Akwakultura, fejn minbarra t-tibdil fl-isem tac-centru, inbidel ukoll ir-rwol halli tkun assigurata aktar is-sostenibbiltà tar-rizorsi tas-sajd kif ukoll biex dan ic-centru jkun wiehed fost l-ewlenin ghar-ricerka fir-regjun tal-Mediterran. Kien permezz ta' dan ic-Centru, fakkar il-Ministru Zammit, li fil-bidu tas-snin disghin twieldet l-industrija tal-fish- farming f'pajjizna, bit-tkabbir ta' zewg speci ta' hut: l-ispnott u l-awrat. Issa qed isiru esperimenti fuq speci ohra ta' hut, fosthom it-tonn.

Fir-rigward ta' dan is-settur, b'rizultat ta' negozjati ma' l-Unjoni Ewropea, il-levy ta' 15 fil-mija li qed tithallas fuq l-esportazzjoni minn Malta ta' hut imkabbar fil-fish-farms din is-sena se tonqos bin-nofs, filwaqt li tispicca ghal kollox fl-ahhar tas-sena d-diehla. B'hekk l-industrija lokali tal-fish-farming se ssir aktar kompetittiva fis-swieq ta' l-Unjoni Ewropea.

Filwaqt li tkellem dwar id-diversi ligijiet godda li saru matul din l-ahhar sena dwar il-biedja u s-sajd bl-iskop, fost l-ohrajn, biex tizdied is-sigurtà fil-produzzjoni ta' l-ikel, il-Ministru Zammit qal li bhalissa qed tkun finalizzata ligi gdida bl-iskop li jitwaqqfu Producers Organistions fil-qasam tal-biedja. Dawn l-organizzazzjonijiet jistghu jservu bhala l-ghodda ewlenija li permezz taghha l-organizzazzjonijiet tal-bdiewa jkunu jistghu jigu meghjuna finanzjarjamet fl-operat taghhom. Barra minn hekk, dawn ikunu jistghu wkoll jiehdu hsieb il-marketing tal-prodotti taghhom.

Fl-ahharnett, il-Ministru Zammit irrifera ghall-process tas-shubija fl-Unjoni Ewropea u s-sehem li qed ikollu l-Ministeru fit-thejjija tal-pozizzjoni Maltija dwar is-settur tal-biedja u s-sajd. Hu qal li bis-shubija fl-Unjoni Ewropea se jinholqu opportunitajiet godda anki fis-settur tal-biedja u s-sajd. Is-settur ikun jista' wkoll jibbenefika minn skemi ta' assistenza li l-Unjoni Ewropea tipprovdi permezz tal-Politika Agrikola Komuni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow