STQARRIJA
Dal-ghodu fil-Berga ta' Kastilja, il-Prim Ministru kellu laqgha mal-Kummissarju tal-Pulizija fil-presenza tal-Ministru ta' l-Intern. F'dil-laqgha l-Kummissarju tal-Pulizija nforma lill-Prim Ministru li minhabba li r-Rapport ta' l-Inkjesta tal-Magistrat Hayman gie zvelat f'sezzjoni ta' l-istampa, huwa qed jitlob li johrog bil-leave b'effett immedjat u ghal zmien indefinit. Il-Prim Ministru accetta din it-talba.
Sakemm idum bil-leave id-doveri ta' Kummissarju tal-Pulizija se jigu mwettqa skond il-ligi mid-Deputat Kummissarju, is-Sur Joseph Cachia, waqt li d-doveri ta' Kap tas-Servizz tas-Sigurta' se jigu assenjati lis-Sur Herbert Agius, li nhatar Agent Kap tas-Servizz tas-Sigurta' mill-Prim Ministru, skond il-ligi.
L-Avukat Generali nforma lill-Prim Ministru li huwa sejjer jezamina r-Rapport ta' l-Inkjesta u l-provi mismugha mill-Magistrat Hayman u jiddeciedi x'ghandu jsir fi zmien qasir.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN