KONFERENZA NAZZJONALI MILL-ASSOCJAZZJONI KUNSILLI TA’ L-ISKEJJEL
pr1457
08/10/2001
| L-Assocjazzjoni Kunsilli ta’ l-Iskejjel se | torganizza Konferenza Nazzjonali bit-tema: Genituri u Ghalliema: Shubija jew Shab? L-ghan tal-konferenza hu li l-ghalliema, il-Kapijiet ta’ l-Iskejjel u l-genituri jistudjaw flimkien kemm il-partecipazzjoni tal-Genituri hi tassew b’sahhitha. |
| Il-Konferenza se tkun indirizzata mill-Ministru ta’ | l-Edukazzjoni, Dr. Louis Galea u se tiddiskuti papers imressqa mis-Sur Frans Borg, Direttur, u mill-Vici President tal-European Parents Association, Ms. Solveig Gaarsmand. Wara diskussjoni generali, il-partecipanti se jinqasmu f’erba’ workshops bit-temi: "Hidma Kurrikulari", "Tishih ta’ Hidma Flimkien", "Tmexxija aktar Demokratika" u "Programm Edukattiv u Kulturali". Hu mistenni li r-rapport tad-diskussjonijiet u l-papers imressqa jkunu ppubblikati aktar ‘il quddiem. Il-konferenza qieghda tkun organizzata bl-ghajnuna tad-Dipartiment tal-Kurrikulu tad-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni, l-NSTS, Merlin Library u AEDE (Malta). |
| Il-konferenza se ssir nhar is-Sibt 20 t’Ottubru | 2001 mit-8.45 a.m sal-4.15 p.m. fl-Oracle Suite, New Dolmen Hotel, Qawra Ghal aktar informazzjoni, cemplu fuq 21239964. |
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN