Left arrow Go Back

INAWGURAZZZJONI TAL-WARD PROF. VINCENT CURMI FID-DIPARTIMENT TAD-DERMATOLOĠIJA FL-ISPTAR BOFFA

pr1450
Date Icon 05/10/2001

Minkejja li qed jinbena sptar ġdid, il-gvern hu mpenjat li jkompli jtejjeb il-faċilitajiet eżistenti fl-isptarijiet. Baqa' għaddej ħafna xogħol ta' modernizzar ta' swali fl-Isptar San Luqa u f'Monte Carmeli u fl-Isptar Pawlu Boffa. Fejn hu possibbli qegħdin nixtru apparat mediku li jkun jista' jiġi trasportat għall-isptar il-ġdid. Dan qalu l-Ministru tas-Saħħa Louis Deguara meta kien qed jiftaħ sala ġdida Prof Vincent Curmi fl-Isptar Boffa.

Kulħadd jista' jara b'għajnejh li sar u qiegħed isir programm vast ta' xogħolijiet biex jitjiebu l-faċilitajiet, d-dehra u s-servizzi fl-Isptar Boffa. Huwa importanti li f'dan l-isptar fejn jiġu ttrattati ħafna każi terminali, l-ambjent ikun wieħed pjaċevoli. Wieħed jidħol f' dan l-isptar u jinnota d-dehra pjaċevoli ta' indafa u ordni li hemm f'dan l-isptar.

Fil-qafas tar-riformi li għaddejjin bħalissa fid-Diviżjoni tas-Saħħa, kompliet tiġi rfinuta s-sistema ta' kontroll ta' nfieq u b'hekk qed jiġi evitat ħafna ħela għax l-istaff qiegħed isir aktar konxju mill-użu tar-riżorsi.

Fid-Dipartiment ta' l-Onkoloġija llum lħaqna livell li m'hemm l-ebda stennija biex jinbeda l-kura tal-kanċer bir-raġġi kif ukoll bil-kimoterapija. F'dan l-isptar saru żviluppi sostanzjali fir-servizz ta' xogħol soċjali sabiex ikun għodda effettiva u ta' appoġġ għall-pazjenti u l-qraba tagħhom.

Illum infetħet fid-Dipartiment tad-Dermatoloġija sala ġdida li se tilqa' fiha in-patients rġiel u nisa. Il-ftuħ ta' din is-sala se jiffaċilita li jsiru l-estensjonijiet meħtieġa fid-Dipartiment tal Out-Patients tad-dermatoloġija fl-istess sptar. Fid-Dipartiment tad-Dermatoloġija qed tiġi żviluppata l-idea ta' servizz integrat ta' Out-Patient u In-Patient filwaqt li jiżdied l-ispazju għal daycare cases kompla qal il-Ministru tas-Sahha.

Is-sala l-ġdida se tissemma għal Profs. Vincent Curmi li kien il-kap tad-Dipartiment tad-Dermatoveneroloġija. Din is-sala sarilha ħafna xogħol fosthom installazzajoni ta' l-elettriku u ta' l-ilma, tpoġġa soffit u purtieri ġodda.

Dan ix-xogħol kollu ma' kienx ikun possibli kieku mhux ghax l-istaff kollu ta' l-isptar dejjem jistinka biex itejjeb il-kwalità tas-servizz. Perswaz li l-ambjent ta' l-isptar se jgħin mhux ftit lill-pazjenti biex inaqqsilhom is-sofferenzi tagħhom. Dan grazzi għad-dedikazzjoni ta' l-istaff ta' dan l-isptar temm jgħid il-Ministru.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow