Left arrow Mur Lura

DISKORS TA' INTRODUZZJONI MILL-ONOR. CENSU GALEA, MINISTRU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI, WAQT L-EWWEL LAQGĦA TAL-KUNSILL KONSULTATTIV DWAR IL-PORTIJIET

pr1446
Date Icon 05/10/2001

Mhix l-intenzjoni li nirrepeti dak li kien ntqal ftit gimgħat ilu meta ġie organizzat is-Seminar dwar il-Portijiet.

Nixtieq iżda nerġa' nagħmel enfasi dwar il-ħsibijiet inizjali u l-politika ġenerali ta' l-amministrazzjoni preżenti dwar il-portijiet.

Il-Gvern bħalissa jinsab fil-proċess ta' privatizzazzjoni ta' wħud mill-entitatjiet li joffru servizzi fil-portijiet bħal: Freeport Terminals, il-Kordin Grain Terminal, l-MOBC kif ukoll it-tmexxija tat-Terminals tal-Passiġġieri fil-Port il-Kbir li ser jinbnew minn konsorzju privat.

Is-suċċess ta' setturi partikolari bħal cruises, il-Freeport, il-bunkering kif ukoll ta' servizzi oħra ta' natura ġenerali lill-bastimenti jissokta jsaħħaħ il-kunċett li l-portijiet Maltin għandhom gradatament jiġu trasformati f'hubs, kunċett li jikkumplimenta ferm il-pożizzjoni geografika ta' Malta.

Dawn l-inizjattivi jitolbu li l-portijiet Maltin ikomplu jsaħħu l-kompetittività tagħhom u fejn jeżistu problemi, li fil-biċċa l-kbira huma riżultat ta' prattiċi antiki, għandna flimkien nilħqu ftehim dwar kif fl-interess ġenerali jistgħu jiġu riżolti.

Fid-dawl tal-privatizzazzjoni, fid-dawl ta' leġiżlazzjoni internazzjonali li qed tpoġġi obbligi ġodda fuqna u fid-dawl tal-kunsens li jeżisti llum dwar il-ħtieġa għal tibdil, wieħed bla dubju jinnota li: l-istrutturi leġislattivi li jirridgwardjaw it-tmexxija tal-Portijiet għadhom ikomplu jitjiebu u jisaħħu. Il-ħtieġa ta' tisħiħ tal-kompetittività tal-Portijiet titlob tibdil tal-qafas legislattiv eżistenti. L-effiċjenza fil-Portijiet tinħtieġ reviżjoni fil-mod ta' kif huma organizzati id-diversi entitatjiet li jipprovdu is-servizzi.

Id-diversi rapporti li kkumissjonat l-Awtorità Marittima juru biċ-ċar fejn jeżistu il-problemi. L-aħħar rapport dak miġbur minn Hyder, jindika ukoll il-potenzjal tal-Port il-Kbir jekk ir-riformi rakkomandati jiġu gradwalment implimentati.

Dan ir-rapport, wara li tfassal, għandu jagħti bidu bħal pjan ta' implimentazzjoni b'konsultazzjoni sħiħa mal-partijiet kollha.

Certament li mhux permessibbli li nipposponu bla ħtieġa r-riformi li jinħtieġ isiru. Portijiet oħra fil-Mediterran li huma kompetituri diretti tagħna llum diġà qegħdin fi stat ferm avvanzat fir-ristrutturar tal-prattiċi tagħhom. L-aħħar żvilupp f'dan il-qasam qed iseħħ u fil-Greċja fejn it-tmexxija tal-Portijiet pubbliċi qed tgħaddi f'idejn Awtoritajiet li qed jiġu mwaqqfa bħala kumpaniji bil-maġġoranza ta' l-isħma f'idejn il-Gvern u li joperaw f'qafas kompletament kummerċjali skond il-politika nazzjonali dwar il-portijiet.

Il-Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni laqa' bil-ħerqa il-proposta tal-Awtorita' li jitwaqqaf dan il-Kunsill Konsultattiv, mhux biss għax din hija l-politika tal-Gvern, li d-djalogu jkun wieħed mifrux kemm huwa possibbli iżda wkoll kull tibdil għandu jsir bl-iskop ewlieni li jkun għal benefiċċju ġenerali tal-Komunità Portwarja kollha.

Nirringrazzjakom ilkoll talli lqajtu din l-istedina sabiex tkunu parti minn dan il-Kunsill u nawguralkom xogħol ta' fejda. Huwa ttamat, li r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill jitwasslu lil Ministeru fi żmien xahrejn.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow