IL-MINISTRU MICHAEL REFALO JINAWGURA L-FESTIVAL TA’ L-ISLA U WIRJA DWAR L-ISTORJA MARITTIMA TA’ L-ISLA
pr1442
05/10/2001
| Meta fl-okkazjoni tal-ftuh tal-Festival ta’ l-Isla, | il-Ministru ghat-Turizmu Michael Refalo inawgura wirja dwar l-istorja marittima Sengleana fil-Kazin tal-Banda Queens Own, l-Isla, hu stqarr li kien pjacir tieghu jinghaqad mal-poplu Senglean u mal-mistednin ghall-ewwel avveniment li qatt ittella’ mill-Awtorità tat-Turizmu fil-Belt Qatt Mirbuha, "Citta’ Invicta". |
| Il-Ministru tenna li kienet il-politika tal-Gvern, | imhaddma mill-Awtorità, li t-tifsira u l-beneficci tat-turizmu jinfirxu ma’ kull rokna tal-Gzejjer Maltin. "Irridu sew lit-turisti kif ukoll lill-Maltin stess ikunu jafu lill-pajjizhom u l-istorja tieghu dejjem aktar." |
| Il-Ministru stqarr li fil-wirja hemm ezibit mudell | tal-Forti San Mikiel. "Id-difiza qalbiena tal-Forti San Mikiel kienet grajja ewlenija li wasslet ghar-rebha ta’ l-Assedju l-Kbir. Ghajb li minnu m’ghad fadal xejn ghaliex tmenin sena ilu twaqqa’ biex jaghmel post ghall-bini ta’ skola tal-gvern, zgur kien ikun hafna ahjar kieku llum kien ikollna sew l-iskola kif ukoll il-Forti San Mikiel bhala tifkira hajja ta’ pagna glorjuza ta’ l-istorja ta’ Malta." |
| Il-Ministru Refalo fakkar li kien il-Forti San Mikiel, | li s-swar tieghu gew imsahha minn flus il-Gran Mastru La Sengle li xpruna l-bini madwaru ta’ l-ewwel djar li jiffurmaw il-belt tal-lum. |
| L-isvilupp tal-belt lahaq il-quccata tieghu fis-sekli | XVII u XVIII. F’dawk iz-zminijiet kienu hafna s-Sengleani li ghamlu isem ghall-belt taghhom u ghall-Malta bhala kaptani ta’ skejjen, ta’ bcejjec tal-bahar u negozjanti, l-aktar fil-qasam ta’ l-esportazzjoni tal-qoton u fil-kummerc madwar il-portijiet ta’ l-Italja u Spanja. |
| "Kienu hafna l-kaptani u n-negozjanti li | staghnew b’rizultat tas-success fil-kummerc. Dan ir-risq irrifletta fl-isvilupp tal-belt taghhom bil-bini ta’ djar sbieh u bil-gid moghti lill-Knisja parrokjali." |
| Ghalkemm fil-lista ta’ bahhara ta’ isem, l-Isla | tghodd lill-fundatur tan-Navy Argentina Gwanni Battista Azzopardi, kien hemm ohrajn, bhal Antonio Caruana, imwieled l-Isla fl-1753, li siefer lejn Valencia fejn wara li fetah negozju ghall-bejgh ta’ drappijiet, tant kiber li sar industrijalist kbir u esportatur tat-tessuti sahansitra anki lejn Malta. |
| Il-Ministru fakkar li mill-Isla ma hargux biss | bahhara u negozjanti, izda wkoll hafna personalitajiet ohra li ghamlu isem fil-professjonijiet, fil-letteratura u l-arti, kif ukoll tlett isqfijiet, l-Isqof Mattei, l-Isqof Gaffiero u, fi zminijietna stess, l-Isqof Emanuel Galea. |
| Fost is-Sengleani maghrufa ta’ min ifakkar l-istoriku | Kanonku Fortunato Panzavecchia, lill-Monsinjur Ignazio Panzavecchia wiehed mill-Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista, lil John J. Marks wiehed mill-fundaturi tal-Partit Laburista u tat-trejdunjonizmu Malti, u qabilhom lill-patrijott Giorgio Mitrovich. |
| Fl-oqsma tal-kultura u l-arti nsibu lill-pittur | Francesco Zahra, lill-iskultur Tommaso Madiona, kif ukoll il-kontemporanju taghna lil Erin Serracino Inglott, awtur tal-"Miklem Malti" u ta’ xoghlijiet ohra dwar l-ilsien Malti. |
| "Tassew il-poplu Senglean u l-poplu Malti, | ghandhom tabilhaqq ikunu kburin bil-wild ta’ din il-Belt." |
| Il-Ministru, wara li fakkar u rringrazzja kull min | ghen biex jittella’ l-programm ghall-Festival ta’ l-Isla, qal li l-Festival hu wiehed minn sensiela ta’ attivitajiet li l-Ministeru tat-Turizmu u l-Awtorità qed jorganizzaw fix-xhur mhux tas-sajf biex iservu ta’ attrazzjoni fl-izjed zmien li jkollna bzonn turizmu. |
| L-Awtorità qed thejji kalendarju fuq medda ta’ | snin bil-quddiem u digà rnexxielha ddahhal xi attivitajiet fil-brochures ta’ tour operators ewlenin. |
| "Biex jittella dan il-festival l-Awtorità sabet | l-appogg ta’ hafna ghaqdiet Sengleani u residenti ta’ l-Isla. |
| Filwaqt li nirringrazzjakom nittama li l-Festival | jigbed lejn din il-Belt l-interess u l-apprezzament tal-poplu Malti u tat-turisti." |
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN