IT-TIELET SENA TA’ HIDMA TAL-GVERN: ‘INSAHHU PAJJIZNA’ - MINISTERU TA’ L-INTERN
pr1433
04/10/2001
| Mill-1 t’Ottubru 2001, dahlet fis-sehh il-Ligi dwar ir-Refugjati li | permezz taghha Malta qed tiddeciedi hi min jigi accettat bhala refugjat f’pajjizna. Malta nehhiet ukoll ir-restrizzjonijiet geografici li kienet ghamlet meta ffirmat il-Konvenzjoni ta’ Ginevra ta’ l-1951. |
| Is-Sur Charles Buttigieg, li ghal dawn l-ahhar snin | kien ir-rapprezentant ta’ l-UNHCR (United Nations High Commission for Refugees) f’Malta huwa l-Kummissarju tar-Refugjati. Il-Ligi tahseb ukoll ghal Bord ta’ l-Appell, li huwa kompost mill-Prof. Henry Fendo, Dr Carmelo Testa u Dr Tonio Grech. |
| Dan qalu l-Ministru ta’ l-Intern, Dr Tonio Borg, | meta f’konferenza ta’ l-ahbarijiet indirIzzata minnu u mis-Segretarju Parlamentari, il-Perit George Pullicino, taw dettalji dwar ir-rapport tat-Tielet Sena ta’ Hidma tal-Ministeru ta’ l-Intern bit-tema "Insahhu Pajjizna". |
| Fost l-akbar kisbiet li saru matul is-sena li | ghaddiet, kienet l-inawgurazzjoni ta’ kumpless Amministrattiv Gdid ghall-Korp tal-Pulizija, kif ukoll lock-up li huwa konformi ma’ l-istandards tal-postijiet fejn jinzammu d-detenuti, imfassla mill-Kunsill ta’ l-Ewropa. |
| Il-Kumpless, li sewa ftit anqas minn Lm1 miljun, se | jilqa’ fih bosta mid-Dipartimenti fi hdan il-Korp li issa se jkollhom ambjent ahjar, u taghmir aktar modern li se jassistihom fil-glieda kontra d-droga u l-kriminalità. |
| Il-membri tal-Korp tal-Pulizija zdiedu bi tnejn u | tletin kuntistabbli gdid bir-raba’ ingagg mill-elezzjoni ta’ l-1998 sal-lum wara waqfa ta’ tliet snin. Zdied ukoll id-dhul tal-Pulizija b’zieda fis-salarju, overtime u anke allowances. |
| F’dak li ghandu x’jaqsam maz-zamma ta’ l-Ordni, | id-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili kompla jattrezza ruhhu b’aktar taghmir bix-xiri tal-vettura tat-tifi tan-nar ‘Euro-City 2000’ li permezz taghha jkun jista’ jsir xoghol fejn hemm hafna toroq dojoq, bhall-Belt Valletta. Qed isir ukoll sforz kif is-servizzi ta’ salvatagg f’pajjizna jkunu ko-ordinati ahjar. |
| Fil-Facilità Korrettiv ta’ Kordin, baqa’ ghaddej | ix-xoghol fuq il-progett tar-remand – fergha ohra gdida fil-Habs fejn se jinzammu dawk id-detenuti li jkunu ghadhom qed jistennew li jghaddu guri. Dan se jkun pass iehor kbir ’il quddiem fil-progett tal-klassifikazzjoni tal-prigunieri, wara li sentejn ilu infethet il-YOURS – il-fergha li fiha jinzammu z-zaghzagh. Fil-Habs ukoll inhatar Acting Manager, fi sforz biex tissahhah is-sigurtà. |
| F’dak li ghandu x’jaqsam mal-proprjetà, din is-sena | thallas rekord ta’ Lm6.8 miljun bhala kumpens ghal art li kienet giet esproprijata. Din is-somma rekord li thallset lil terzi, tizboq ic-cifra li thallset is-sena li ghaddiet b’aktar minn Lm5 miljuni. |
| Fil-qasam tat-teknologija ta’ l-informatika kompla | l-progett LEMIS li jghin biex il-propjetà tal-Gvern titmexxa fuq linji moderni ta’ management li minnu jgawdu l-klijenti. |
| Gie approvat mill-Parlament ukoll l-Att dwar l-Ippjanar | ta’ l-Izvilupp li sahhah il-partecipazzjoni pubblika fil-process ta’ l-Ippjanar u sahhah l-id ta’ l-Awtorità fejn jidhol infurzar tal-ligi; l-Att li jemenda l-Att dwar il-Kondominja fejn wiehed jista’ jistalla lift fil-kondominju fejn joqghod minghajr il-htiega tal-kunsens ta’ l-inkwilini l-ohra; l-Att dwar il-Habs li taghti d-dritt lill-gwardjani tal-Habs li jirtiraw mix-xoghol bil-pensjoni wara 25 sena servizz u l-Att li jipprovdi ghar-Restituzzjoni lis-sid ta’ l-Art li kienet esproprijata mill-Gvern u li issa l-Gvern m’ghandux aktar bzonnha. |
| Wiehed ma jistax ma jsemmix b’certu enfasi l-White | Paper dwar il-Kodici Kriminali li llum saret abbozz ta’ ligi approvata b’mod unanimu miz-zewg nahat tal-Kamra u ghadha qed tigi diskussa fi stadju ta’ Kumitat. Il-Kodici l-gdid, b’aktar minn 150 emenda hija l-aktar revizjoni tal-Kodici Kriminali f’aktar minn 150 sena. Fost l-emendi hemm, aktar jeddijiet lill-vittmi tal-kriminalità, drittijiet usa’ lill-Avukat Generali, reati godda, u zieda fil-pieni ghal reati ohra. B’dan il-mod inkomplu nfittxu li nilhqu bilanc bejn il-jeddijiet ta’ l-Individwu u dawk tal-Komunità. |
| Kien hemm ukoll il-pubblikazzjoni tal-White Paper | dwar il-Kodici tal-Pulizija li tirrevedi mill-qiegh l-Ordinanza ta’ l-1960 dwar il-Pulizija ta’ Malta, u tallineja l-Ligi Maltija ma’ zviluppi li kien hemm f’dawn l-ahhar erbghin sena fil-glieda kontra l-kriminalità u kuxjenza gdida favur il-jeddijiet tal-bniedem. |
| Fost il-proposti ewlenin hemm it-Twaqqif ta’ Bord | tal-Pulizija, Bord tan-Negozjati tal-Pulizija, pubblikazzjoni ta’ Kodici ta’ Prattika, programm ta’ Protezzjoni tax-Xhieda u t-twaqqif bil-ligi ta’ l-Akkademja tal-Pulizija. |
| Din is-sena ghaddew mill-Parlament l-emendi ghall-Att | dwar l-Ippjanar ta' l-Izvilupp, emendi li jaccertaw iktar partecipazzjoni mill-pubbliku fil-process ta' l-ippjanar. Dawn l-emendi flimkien ma' tibdil fil-policies u r-riorganizzazzjoni interna fi hdan l-Awtorità ser jizguraw servizz ahjar lill-pubbliku. |
| Is-sezzjoni ta' l-infurzar fl-ahhar xhur kienet | attiva hafna u hadet ghadd ta' azzjonijiet diretti, li kienu jinkludu ghajnuna lid-Dipartiment ta' l-Artijiet biex jitnehhew strutturi illegali fl-Armier, it-tnehhija ta' numru ta' scrapyards u anki villa li tiswa qrib it-terz ta' miljun lira. |
| Din is-sena dahlet ukoll fis-sehh il-policy | tad-Development Notification Order li tirregola zvilupp li ma jkollux bzonn applikazzjoni shiha. Issa li tnaqqset il-lista ta' zvilupp li ghalih m'hemmx htiega ta' permess izda jrid isir notifikazzjoni biss, kien hemm tnaqqis fil-hlasijiet. Kompla t-titjib fl-ipprocessar ta' l-applikazzjonijiet u fl-ahhar ta' Settembru l-applikazzjonijiet pendenti kienu ta' 2,742, l-inqas numru f'daw l-ahhar tliet snin. |
| Gew aggornati ukoll ir-regolamenti dwar l-Impatt | Ambjentali li issa ser jaghtu l-possibiltà lill-pubbliku li jkun involut mill-istadji bikrin ta' dawn l-istudji u mhux fl-ahhar meta l-progett ikun wasal fil-fazi finali. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN