Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI B’ REFERENZA GĦALL-ISTQARRIJA TAL-KUNSILL LOKALI TAL-FGURA

pr1426
Date Icon 03/10/2001

B'referenza għall-istqarrija għall-istampa, maħruġa mill-Kunsill Lokali Fgura, il-Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni filwaqt li f'dan l-istadju ma jweġibx numru ta' akkużi infondati li saru fl-istqarrija tal-Kunsill, jippreċiża dan li ġej:

It-tender tax-xogħol ħarġet mid-Dipartiment tat-Toroq f'Ottubru 1999. It-tender ġiet allokata u x-xogħol ma sarx wara li l-kuntrattur irtira mix-xogħol.

L-istess tender reġgħet ħarġet f'Novembru 2000 u x-xogħol seta' jinbeda wara li t-tender ingħatat u ġew solvuti numru ta' problemi li nħolqu.

Bejn Ottubru 1999 u Settembru 2001 meta nbeda x-xogħol, fl-ebda ħin ma' kien hemm talba mill-Kunsill biex ix-xogħol ma jsirx mill-Gvern Ċentrali. Għall-kuntrarju l-Kunsill innifsu u Deputati Parlamentari, diversi drabi akkużaw lill-Gvern li ma jridx jagħmel ix-xogħol meħtieġ f'dawn l-inħawi.

Kuntrarju għal dan id-Dipartiment tat-Toroq kien qed jaħdem biex jassigura li x-xogħol meħtieġ jinbeda kemm jista' jkun malajr.

Ippjanar serju jitlob li jitqassam xogħol b'mod li kemm jista' jkun iż-żmien meħtieġ biex ix-xogħol jiġi esegwit jitqassar. Kien għalhekk li t-tender kollha tqassmet f'erba' fażijiet differenti.

Ix-xogħol kollu meħtieġ ġie diskuss u deċiż ma' l-entitatjiet konċernati b'tali mod li l-ħtiġijiet u l-pjanijiet tagħhom jiġu sodisfatti.

Dan ix-xogħol, u miegħu x-xogħol marbut mar-rikostruzzjoni tat-triq innifisha qed isir b'mod li ma jħalli l-ebda effett negattiv fuq xi proposti li jista' jkun hemm fil-"pjan lokali". Ikun ferm aħjar jekk il-Kunsill Lokali jikkonċentra l-ħidma tiegħu fil-Lokal biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti minflok jintilef f'ħela ta' ħin u f'argumenti li jikkonfondu n-nies, iżda li m'għandhom l-ebda relevanza għall-proġett inkwistjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow