Sinergija bejn l-ambjent, is-sahha u s-sigurta’ fil-post tax-xoghol
pr1414
01/10/2001
| Il-Ministru ghall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li kienet tezisti | relazzjoni qawwija bejn l-ambjent, is-sahha u s-sigurta’ fuq il-post tax-xoghol. Il-Ministru ghall-Ambjent qal dan fl-inawgurazzjoni ta’ Gimgha mnedija mill-kumpanija Baxter Limited, bit-tema: l-Ambjent, is-sahha u s-sigurta’ fuq il-post tax-xoghol. |
| Dan il-Gvern ricentament kien ghadda mill-Parlament, | l-Occupational Health and Safety Act u l-Ligi l-gdida dwar il-Harsien ta’ l-Ambjent. |
| Il-Ministru ghall-Ambjent qal li l-Att dwar il-Harsien | ta’ l-Ambjent jirregola l-ambjent b’mod generali; izda mieghu dahlu fis-sehh ghadd ta’ regolamenti dwar il-kwalita’ ta’ l-ilma, it-tniggiz fl-arja, l-iskart u l-kimici. L-Occupational Health and Safety Act tirregola b’mod specifiku s-sahha tal-haddiema fuq il-post tax-xoghol. Hu qal li kien ghalhekk li dawn iz-zewg ligijiet importanti kienu kompatibbli. Hu qal li minn banda ghandek il-Ligi dwar il-Harsien ta’ l-Ambjent li tittratta b’mod partikolari l-uzu ta’ kimici. Fost dawn ir-regolamenti hemm wahda li tirregola l-prevenzjoni u r-riduzzjoni ta’ tniggiz ambjentali minn asbestos permezz ta’ mizuri li jnaqqsu skart minn dan il-materjal. Regolamenti ohra jirregolaw il-kwalita’ ta’ l-ilma, l-arja u l-iskart. Dawn ir-regolamenti bilfors jolqtu l-harsien tas-sahha tal-haddiema fuq il-post tax-xoghol. |
| Min-naha l-ohra hemm il-ligi dwar il-harsien tas-sahha | u sigurta’ fuq il-post tax-xoghol li tirregola specifikament is-sahha tal-haddiema fil-post fejn jahdmu. Taht il-Ligi dwar l-Occupational Health and Safety se johorgu wkoll regolamenti specifici dwar sahha u sigurta’ fil-post tax-xoghol. |
| Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li s-sahha u s-sigurta’ | fil-post tax-xoghol illum qed tinghata importanza dejjem akbar, mhux biss ghaliex il-haddiem jixraqlu jahdem fl-ahjar kundizzjonijiet u fl-aktar ambjent nadif; izda anke ghaliex jezisti ukoll element ekonomiku li jissarraf f’telf kbir ghal pajjiz meta haddiem ikorri u ma jkunx jista’ jibqa’ jaghti sehmu ghall-izvilupp ta’ l-ekonomija nazzjonali. |
| Dr. Francis Zammit Dimech fakkar li l-akbar risors ta’ | pajjizna hu dak uman u li ghalhekk kull bniedem li jwegga’ fuq ix-xoghol ikun ifisser nuqqas ta’ rizorsi li jekk tigborhom flimkien u tikkwantifikahom jwasslu ghal telf ta’ miljuni ta’ liri ghall-ekonomija nazzjonali. |
| Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li aktar | mit-telf finanzjarju hemm in-niket u t-taqtigh il-qalb li jgib mieghu kull incident fuq ix-xoghol, l-aktar jekk dan ikun wiehed fatali. Qal li kien b’dan kollu f’mohhu li l-Gvern kien qed jiehu l-mizuri kollha biex jaghmel il-post tax-xoghol wiehed aktar f’sahhtu u ta’ sigurta’ ghall-haddiema. |
| Francis Zammit Dimech qal li kien ta’ pjacir | jinnota li min ihaddem kien qieghed isir dejjem aktar konxju mis-sahha u s-sigurta’ tal-haddiema fil-post tax-xoghol. Hu ta’ bhala ezempju l-Ministeru ghall-Ambjent fejn twaqqfet Taqsima Sahha u Sigurta’ fil-post tax-xoghol li hi punt ta’ riferiment ghad-Dipartimenti tad-Divizjoni tax-Xoghlijiet ghal gwidi dwar mizuri u prekawzjonijiet li ghandhom jittiehdu fil-konfront tas-sahha u s-sigurta’ fil-post tax-xoghol. Semma l-investiment ta’ aktar minn kwart ta’ miljun lira li ghamel id-Dipartiment tad-Drenagg f’taghmir ta’ l-aktar teknologija avvanzata u f’tahrig ghas-sahha u s-sigurta’ tal-haddiema tieghu fil-post tax-xoghol. Semma ukoll l-inizjattivi li qed jiehu il-Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrja tal-Bini biex titqajjem kuxjenza dwar is-sahha u s-sigurta’ fil-post tax-xoghol ta’ dawk il-haddiema li jahdmu fis-settur tal-bini. |
| Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li kien pjacir | tieghu jinnota li l-kumpannija Baxter Limited kienet qieghdet bhala priorita’ l-ambjent u s-sahha u s-sigurta’ fil-post tax-xoghol tal-haddiema taghha. Qal li l-haddiema ta’ din il-kumpannija kienu qed jahdmu f’ambjent nadif filwaqt li kienu qed jiehdu l-mizuri kollha biex ma jniggsux l-ambjent barra l-fabbrika. Permezz ta’ dawn il-mizuri din il-kumpannija kienet qed tizgura ambjent nadif ghall-haddiema taghha u tikkontribwixxi ghal ambjent ahjar barra l-hitan tal-fabbrika. Kienet qed tizgura wkoll li l-haddiema jkunu f’ambjent f’sahhtu u li joffrilhom sigurta’. |
| Il-Ministru Francis Zammit Dimech fahhar l-inizjattiva | tal-Baxter Ltd li qed torganizza din il-gimgha dwar l-ambjent, is-sahha u s-sigurta’ fil-post tax-xoghol. Hu qal li din il-kumpannija kellha rekord impressjonanti f’dawk li huma livelli ambjentali u ta’ sahha u sigurta’ fil-post tax-xoghol. Qal li din il-kumpannija permezz tal-mizuri li hadet biex tpoggi fil-prattika l-politika tat-3Rs – reduce, reuse, recycle – billi rnexxielha tnaqqas b’mod sostanzjali l-iskart mill-ippakkjar u l-iskart perikoluz filwaqt li kabbret b’mod impressjonanti l-uzu minn materajal riciklat. Qal li dan kollu ssarraf f’beneficcji finanzjarji li juru li meta kumpannija tmur ghal livelli oghla ambjentali tkun qed tghin l-ambjent fil-post tax-xoghol u barra l-fabbrika u tibbenefika finanzjarjament. |
| Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-kumpannija | waslet ghal dawn ir-rizultati ghaliex timmira lejn titjib kontinwu fil-prodotti, processi u servizzi li jeliminaw t-tniggiz, jikkonservaw l-energija, jnaqqsu l-iskart u jnaqqsu materjal ta’ l-ippakkjar minghajr ma jikkompromettu l-prodott. Qal li dan kollu qieghed lil din il-kumpannija fuq ta’ quddiemnett fejn jidhlu livelli ambjentali u ta’ sahha u sigurta’ fuq il-post tax-xoghol. Qal li dawn ir-rizultati kienu qed jinkisbu ukoll ghaliex il-kumpannija gharfet il-htiega li teduka u tharreg lill-impjegati taghha biex kull wiehed ikun responsabbli biex jintlahqu l-livelli ambjentali u ta’ sahha u sigurta’ rikjesti fl-area specifika ta’ responsabbilta’ ta’ kull haddiem. |
| Il-Ministru Francis Zammit Dimech awgura li aktar | kumpanniji jiehdu l-ezempju ta’ din il-kumpannija biex hekk mhux biss tithares is-sahha u s-sigurta’ tal-haddiema fil-post tax-xoghol izda jinghata kontribut biex il-poplu kollu jghix f’ambjent ahjar. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN