Struttura ahjar ghall-immaniggjar tal-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali
pr1413
01/10/2001
| Il-Ministru ghall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li l-holqien ta’ | parks nazzjonali jew regjonali fejn il-pubbliku jkun jista’ jiltaqa’ f’ambjent f’sahhtu u minghajr traffiku, huwa ’l fuq hafna fuq l-agenda tal-Gvern prezenti. Hu qal li fit-Taqsima tax-Xoghlijiet din is-sena twaqqfet Sezzjoni ghall-Immaniggjar ta’ l-Ambjent li tigbor fiha hames units, fosthom unit ghall-ippjanar ambjentali. |
| Il-Ministru ghall-Ambjent qal dan f’attivita’ ta’ | thawwil ta’ sigar fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali, nhar is-Sibt 29 ta’ Settembru. Huwa kompla li fost il-hidma li qed jaghmel dan il-unit hemm dik li jiehu hsieb l-izvilupp ta’ diversi parks nazzjonali u regjonali. Qal li fost dawn il-parks l-akbar wiehed hu dak f’Ta’ Qali. |
| Matul din is-sena kienet zviluppata parti mill-gnien | li kienet ilha mitluqa ghal snin twal. Din il-parti, fejn saru passaggi li fihom tqieghdu madwar 10,000 cangatura tal-franka, tlestiet fil-hin biex setghet tkun organizzata fiha l-festival tal-Birra. Il-Ministru qal li llum bdew jithawwlu fl-istess area l-ewwel sigar li nghataw mill-ST Microelectronics. F’dawn l-inhawi, li jkopru area ta’ madwar 15-il tomna, se jithawwlu mijiet ta’ sigar Maltin bl-iskop li mhux biss jissebbah il-post, izda biex anke nergghu naghtu lis-sigar lokali l-importanza li jixirqilhom. |
| Il-Ministru ghall-Ambjent qal li ghal dan il-park | twaqqfet struttura biex il-lokalita’ tkompli tigi zviluppata u biex anke tkun immaniggjata ahjar. Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-Unit ghall-Ippjanar Ambjentali qed jipprepara gwida cara ghall-uzu tal-park, programm ta’ titjib tal-facilitajiet biex ikunu dejjem ta’ livell accettabbli, kif ukoll hidma ta’ manutenzjoni kontinwa. |
| Matul din is-sena thejjew proposti ghal zvilupp gdid | ta’ l-entratura tal-gnien, ghar-rilokazzjoni tal-monti kif ukoll ghall-izvilupp gdid tal-mitjar, li se jigi mibdul f’zona ghal-loghob tat-tfal u l-familji. |
| Il-Ministru ghall-Ambjent qal li l-Gvern kien qed jahdem | fuq progetti ohra ta’ parks. Qal li din il-gimgha zar Haz-Zabbar fejn area zdingata u mimlija skart qed titnaddaf, qed jinbnew hitan tas-sejjieh u passaggi u jinzabru sigar biex tinbidel f’Park Regjonali u Kulturali ghall-Kottonera. Qal li parks ohra qed jinbnew f’Burmarrad u f’Wied Ghomor. |
| Il-Ministru irringrazzja lill-haddiema tal-Unit ghat-Tisbih | tal-kampanja ghall-hidma li wettqu biex bidlu din l-art zdingata f’post ta’ rekreazzjoni u li qieghdu c-cangatura ta’ l-art fi zmien rekord. Hu fahhar ukoll l-inizjattiva tal-kumpannija ST Microelectronics li sabet il-mezzi biex tikkontribwixxi ghal din il-gimgha fejn qed isir minn kollox biex il-poplu jsir aktar konxju mill-indafa ta’ pajjizna. |
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN