Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR. AUSTIN GATT, MINISTRU TAL-GUSTIZZJA U GVERN LOKALI, WAQT IS-SEMINAR "IL-PASSAT MERA TAL-FUTUR?" ORGANIZZAT MIL-AGENZIJA SEDQA - IS-SIBT 29 TA' SETTEMBRU 2001

pr1410
Date Icon 28/09/2001

Sinjuri,

Fl-ewwel lok nixtieq nirringrazja lill-organizzaturi ta' dan is-seminar ta' dal-għodu għall-istedina tagħhom. Qed niddiskutu llum tema importanti fil-kuntest ta' l-inizjattivi li qed jieħu l-Gvern fl-oqsma tal-Politika Soċjali u tal-Gvern Lokali.

Bħalissa għaddejin minn żmien fejn qed inħarsu lejn il-possibbiltajiet ta' kif il-Kunsilli Lokali u min imexxihom, u min jaħdem fihom, jistgħu jagħtu kontribut usa għall-ġid tal-ġirien tagħhom.

F'Marzu li għadda ltaqgħet il-Konferenza Nazzjonali tal-Kunsilli Lokali li ddiskutiet appuntu t-tema ta' 'Gvern Lokali għall-Inklużjoni Soċjali'. Deher ċar dakinhar li l-Kunsilliera Lokali għandhom ix-xewqa li jagħtu kontribut biex jassiguraw li fil-bliet u r-rħula tagħna, ħadd ma jibqa' lura. S'issa iżda, għad ma sibniex kif nibnu strutturi siewja biex din ix-xewqa tinbidel f'impenn u tagħti l-frott.

L-inizjattivi li ttieħdu kienu sporadiċi u mhux wisq ko-ordinati. Xorta, m'hemmx dubju, swew ta' ġid għal dawk li gawdew minnhom. Iżd'issa, irridu nsibu kif flimkien, Kunsilli Lokali, l-Aġenziji tal-Gvern u l-Għaqdiet Mhux Governattivi li jaħdmu f'dan is-settur jistgħu jikkoperaw għal għajnuna li tkun aktar ta' min joqgħod fuqha.

Il-Kunsilli Lokali ħadmu mill-ġenesi tagħhom biex iħaffu ħajjet il-komunitaċ u jagħmluha aktar komda b'servizzi effiċjenti u li torbot fuqhom. Il-parti l-kbira tal-Maltin jinqdew tajjeb jekk il-Kunsill tagħhom inaddfilhom it-triq tagħhom u jipprovdilhom servizzi u faċilitajiet bażiċi fil-komunitaċ. Uħud iżda għandhom bżonn għajnuna aktar minn oħrajn.

Il-bżonnijiet ta' dawn ivarjaw minn individwu għall-ieħor, u minn lokalitaċ għall-oħra. Hu għalhekk li l-inizjattivi tal-Kunsilli Lokali jistgħu jimlew il-vojt li bil-fors jitħalla minn min jippjana b'għajnejh minn fuq.

Għalkemm kull lokalitaċ taħtar lil-leaders tagħha li jafu jirrapreżentaw l-interessi tagħha bl-aħjar mod, m'hux bil-fors kull lokalitaċ għandha timxi għal rasha f'dak li tiddeċiedi li għandu jsir fil-konfini tagħha. Hu għalhekk li hemm bżonn nirfinaw l-esperjenzi li ksibna f'oqsma oħra fil-koperazzjoni bejn il-lokalitajiet fuq il-bażi ta' gruppi ta' Kunsilli Lokali. Din l-esperjenza rfinuta trid tkun il-bażi tal-mod kif naħdmu fil-ħidma soċjali fil-kommunitajiet.

Għal dan irridu nibnu strutturi biex jikko-ordinaw bejniethom ir-ridiet tal-mexxejja lokali minn naħa u r-riżorsi u l-inizjattiva tal-Gvern u l-politika tiegħu għall-pajjiż kollu minn naħa l-oħra.

Kull proġett għal politika magħmula bejn il-lokalitajiet biex flimkien jaqdu l-interess tal-lokalitaċ ma tistax tħalli barra għalhekk dawn iż-żewġ aspetti:

· fl-ewwel lok, fil-qasam soċjali, bħal f'oħrajn li jixbħuh, il-Kunsilli Lokali m'għandhomx jaħdmu għal rashom, iżda għandhom isolvu l-problemi li għandhom komuni lokalitajiet ġirien, b'soluzzjonijiet komuni. Dan ser iffisser il-ħtieġa ta' sforz min-naħa tal-Kunsilliera, li għalkemm jibqgħu l-ewwel nett rappreżentanti tal-ġara tagħhom, jaraw lil'hinn mill-konfini tagħhom u joħorġu b'soluzzjonijiet li jużaw aħjar ir-riżorsi żgħar tagħna;

· fit-tieni lok, fil-qasam soċjali, bħal f'oħrajn li jixbħuh, il-Kunsilli Lokali jridu jaħdmu bi sħab mal-Gvern ċentrali, jew ma' l-aġenziji tiegħu. M'għandniex talenti u esperjenzi biżżejjed biex kull lokalitaċ jkollha l-appoġġ professjonali li jafu jagħtu l-aġenziji tal-Gvern. Il-fatt hu li l-pariri ta' dawn l-aġenziji jħallu aktar frott jekk jingħataw lill-mexxejja lokali f'ċertu oqsma tal-ħidma soċjali milli jekk jingħataw lill-Gvern ċentrali. Dan qed nirrikonoxxuh, u għalhekk qed nieħdu dawn l-inizjattivi.

Għalhekk l-argument tiegħi llum hu doppju. Fl-ewwel lok hu apprezzament tar-rieda tajba tal-Kunsilliera li bil-preżenza tagħhom hawn juru li jridu jagħtu kontribut għal ħajjet il-ġirien tagħhom. Fit-tieni lok, l-argument tiegħi hu parirĠ biex ir-rieda tajba tagħti l-frott, l-istess Kunsilliera jeħtieġ jagħmlu sforz biex jifhmu 'l xulxin aktar mil-lokalitaċ għall-oħra u jaħdmu aktar flimkien fl-interess tar-residenti tagħhom. Lil dawk li jirnexxielhom isibu bejniethom strutturi siewja fl-interess tal-kommunitajiet tagħhom, il-Gvern hu kommess li jipprovdi l-appoġġ professjonali kollu ta' l-aġenziji soċjali tiegħu.

Nawgura diskussjoni siewja fis-seminar ta' dal-għodu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow