DISKORS TAL-MINISTRU TAL-FINANZI L-ONOREVOLI JOHN DALLI FL-OKKAZJONI TA’ JUM ID-DWANA
pr1408
28/09/2001
| F'cirkustanza bhal tal-lum tajjeb illi wiehed jaghti | harsa hafifa lejn ir-rwol li d-Dwana trid tassumi fl-izviluppi li qed isehhu, id-direzzjoni li trid tiehu u l-htiega li tirristruttura u tipprepara ruhha ghall-impenji li trid taqdi. |
| Diga fis-snin li ghaddew l-operat tad-Dwana ha xejra | ohra meta ddahhlu sistemi kompjuterizzati fejn jidhol l-ipprocessar tad-dokumenti u xoghol iehor kif ukoll gew introdotti sistemi ta' targeting u risk management kemm fl-ipprocessar tad-dokumenti kif ukoll fir-rilaxx tal-merkanzija. |
| Dan kien biss il-pedament ta' dak li jrid ikompli | jinbena biex id-Dwana timmodernizza ruhha u tersaq aktar lejn il-livell ta' Dwaniet barranin li huma aktar avvanzati fl-operat taghhom u forsi fl-ghodda li ghandhom ghad-dispozizjoni taghhom, l-izjed l-informatika. Din mhix kwistjoni li nqabblu lilna nfusna ma' min hu akbar minna u forsi ghandu rizorsi iktar milli jista' qatt ikollna ahna. Waqt li nfasslu l-libsa skond persuntna irridu nkun lesti biex dak li ghandu jew jaghmel haddiehor u li lilna jaghmilna ahjar nadattawh ghac-cirkustanzi taghna biex nitjiebu u naqdu ahjar dak li jkun mitlub minna. |
| Dan kollu huwa ta' valur fih innifsu izda jkompli | jiehu dimensjoni ohra jekk inqisu d-direzzjoni illi l-pajjiz qieghed jiehu lejn shubija fl-Unjoni Ewropeja. Bl-Unjoni Doganali, id-Dwana Maltija ssir parti integrali mid-Dwana ta' l-Unjoni Ewropeja bl-istess proceduri u responsabbiltajiet tad-Dwaniet l-ohra. Forsi jonqsu xi proceduri u sistemi li ma jibqghux ta' uzu waqt li jidhlu ohrajn b'rizultat tax-xenarju gdid illi fih d-Dwana taghna tkun trid tagixxi bhala Dwana fuq il-fruntiera ta' l-Unioni Ewropeja. |
| Ghalhekk huwa essenzjali illi d-Dipartiment jaghmel | dak l-istrutturar mehtieg u jhejji ruhu biex ikun jista' jerfa r-responsabbiltajiet qodma u godda kollha li jrid jerfa. M' ghandu qatt ikun illi d-Dwana ta' Malta tkun titqies bhala xi weak link fis-sistema doganali ta' l-Unjoni Ewropea. |
| Ghalhekk ghal dan il-ghan qed ikun esegwit programm | shih ta' tahrig bl-ghajnuna ta' nies ta' esperjenza f'diversi oqsma minn Dwaniet ta' pajjizi fl-Unjoni Ewropeja. Tahrig kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta biex min hu responsabbli ghal xi settur partikulari jara b'ghajnejh u jmiss b'idejh kif jigu applikati r-regoli li jridu jithaddmu. Dan kollu hu marbut mal-htiega illi jsir ezami ta' l-istruttura attwali tad-Dipartiment biex id-diversi sezzjonijiet fi hdanu jkunu f'qaghda li jindirizzaw il-htigijiet skond kif jinbidlu u jzviluppaw fix-xenarju l-gdid. Ghalhekk wiehed irid jishaq fuq il-htiega li kull min hu nvolut irid ikollu d-disponibbiltà u rieda li jitghallem u li jhaddem sistemi u proceduri li jkunu indikati. Altrimenti dan ma jkunx f'qaghda li jaghti l-kontribut mistenni mid-Dipartiment u postu jkun band’ohra. |
| Id-Dwana ghandha xoghol delikat u jmur hafna 'l hemm | mis-semplici kontrolli fuq importazzjoni u esportazzjoni ta' merkanzija u gbir ta' taxxi. Hemm setturi ohra ta' importanza vitali bhal kontrolli fuq droga, prodotti nuklejari u armamenti fost ohrajn. Dawn jehtiegu impenn kostanti u hawn irrid insemmi u nfahhar il-kontribut validu li qed taghti d-Dwana kontra l-importazzjoni tad-droga l-izjed fl-ajruport. Din hi glieda kontinwa u rridu nibqghu ppreparati u impenjati biex inkompluha. |
| Ghalhekk naghlaq billi nheggeg li kulhadd biex jaqdi | dmiru sewwa skond l-etika tax-xoghol li ghandha tmexxi lil kulhadd skond il-livell ta' responsabbilta tieghu biex waqt li niffacilitaw il-kummerc jibqghu isiru dawk il-kontrolli kollha necessarji u moderni biex is-sistema ma tkunx abbuzata. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN