Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR. DR LOUIS GALEA, MINISTRU TA’ L-EDUKAZZJONI, FL-OKKAZJONI TAL-FTUĦ TA’ L-EWWEL SENA TA’ ĦIDMA TAL-KULLEGG MALTI GĦALL-ARTI, XJENZA U TEKNOLOGIJA, IL-KAMPUS TA’ KORDIN, IL-GIMGĦA, 28 TA’ SETTEMBRU, 2001

pr1407
Date Icon 28/09/2001

Wieħed mill-ħsebijiet fondamentali li jispiraw u jixprunaw il-ħidma kollha tagħna hu li fejn il-valur sagru tal-bniedem ma joqgħod assolutament xejn. Għalina il-bniedem hu fiċ-ċentru ta’ kull ħsieb u ħidma. Fl-edukazzjoni dan nittraduċuh billi ngħidu li l-istudent irid ikun fiċ-ċentru ta’ kull ħsieb u ħidma edukattiva. Il-kejl tas-suċċess ta’ kull politika u strateġija edukattiva jiddependi propju minn kemm jirnexxielna nwettqu fil-prattika din il-filosofija. L-Istatut Legali, l-viżjoni u l-mission statement tal-Kulleġ[ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija kollha huma ispirati minn dan it-twemmin. L-isfida ta’ din l-istituzzjoni edukattiva hi li twettaq fl-ogħla mizura dan it-twemmin. Fil-prattika ta’ kuljum iridu nagħtu xħieda konkreta li aħna lkoll qiegħdin hawn biex nagħtu l-aħjar servizz possibbli lill-istudenti. Mill-għemil tagħna magħhom ser nintgħarfu.

Hu għalhekk li b’qalbi kollha nagħti merħba lilkom l-istudenti u nixtieqilkom ħajja studenteska mimlija ferħ, entużjażmu, ħbiberija, u sodisfazzjon frott l-użu intelliġenti u produttiv taż-żmien li ser tqattgħu fil-Kulleġ[. Nassigurakom, jista’ jkun fost l-isbaħ żmien ta’ ħajjitkom, li ġie fuqkom, ser jgħaddi bħal leħħa ta’ berqa, u ma jerġa jiġi qatt.

Diġa’ smajtu lill-Prinċipal tal-Kulleġ[, s-sur Fredrick Fearne, u l-President tal-Bord tal-Gvernaturi, jilqgħukom u jistednukom biex flimkien ma’ l-għalliema tagħmlu suċċess kbir minn din l-esperjenza. Aħna qiegħdin hawn għax irridu l-ġid tagħkom u ta’ pajjiżna. Qiegħdin hawn biex inkunu ta’ servizz. Mingħajr il-kooperazzjoni, l-impenn, ir-rieda sħiħa tagħkom il-ħidma tagħna ma tagħtix il-frott mixtieq. Għandi fiduċja li intom ser toħolqu sħubija, partnership, u ħbiberija ġenwina mibnija fuq rispett reċiproku mal-Kapijiet u l-Għalliema ta’ l-Istituti li dħaltu fihom. Huwa dan it-tim formidabbli ta’ studenti u għalliema li jrid jahtikom l-aqwa kwalifiki u ċertifikati possibbli biex tagħmlu l-aqwa suċċess fil-ħajja tax-xogħol li ser tidħlu għaliha.

Meta tlitt snin ilu l-Prim Ministru sejjaħ lil Jesmond Mugliett u lili u fdalna l-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, l-ewwel għadma li bdejna ingerrmu kienet it-twaqqif tal-Kulleġ[, proġett li l-pajjiż kien ilu snin jinsisti għalih. Issa li wasalna s’hawn, nistqarru li qatt ma għaddielna minn rasna kemm il-ħolqien tal-Kulleġ[ kien se jkun proġett kbir, kumplikat u kumpless, li jiswa ħafna flus. B’danakollu, grazzi għall-ħidma ta’ ħafna nies, illum qed inniedu l-ewwel sena ta’ ħidma.

Biex wasalna sa hawn nassigurakom sar ħafna ħsieb u xogħol. Il-Gvern diga’ investa mijiet ta’ eluf ta’ liri u daħal għall-piż ta’ Kulleġ[ li ser jiswa investiment ta’ miljuni fis-snin li ġejjin. Ħdimna biex kemm jista’ jkun nibnu fuq il-ħafna tajjeb li għandna fl-iskejjel tad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni. Bħal f’kull biċċa xogħol ġdida sibna d-diffikultajiet u qed nitgħallmu minnhom, difetti għadna, qiegħdin fil-bidu u t-triq hi twila, u biex il-Kulleġ[ jilħaq il-milja tiegħu irrid numru ta’ snin. B’danakollu dak li wettaqna s’issa hu diġa’ biċċa progress sew, sisien tajbin għal aktar żvilupp.

In-numru ta’ studenti li applikaw għall-Kulleġ[ taħt l-ewwel sejħa kien ta’ 1342 ċifra nkoraġġanti ħafna li minnhom kwalifikaw u setgħu jiġu aċċettati 1014. Ma’ dawn wieħed irid iżid 1600 studenti ġodda li ser jibdew korsijiet fl-iskejjel post-sekondarji tad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni. Għas-Sixth Forms Privati japplikaw madwar 400, għall-Junior College s’issa applikaw aktar minn 2000, filwaqt li għall-Universita' applikaw mat-3300. Il-figuri huma mistennija li jvarjaw xi ftit wara li jumejn ilu ħarġu r-riżultati tas-sessjoni ta’ Settembru tas-SEC/MATSEC.

Minn dawk aċċettati għall-Kulleġ[ ftit aktar minn terz huma tfajliet. Ix-xewqa dejjem hi li jekk jista’ jkun tgħin lil kulħadd. Iżda tajjeb infakkar li sew is-sena l-oħra, kif ukoll fis-snin imgħoddija, u anke din is-sena, dejjem ikun hemm numru ta’ studenti li japplikaw għal korsijiet post-sekondarji u vokazzjonali li jew ma jkollhomx il-kwalifiki mitluba jew ma jkunx hemm postijiet biżżejjed u allura jintgħażlu dawk bl-aħjar kwalifiki skond il-kriterji pubblikati fil-Prospektus li ġew mibgħuta fid-dar ta’ kull student u studenta.

Fil-ġimgħat li ġejjin ser inkomplu neżaminaw is-sitwazzjoni biex kull fejn nistgħu intejjbuha issa allura intejjbuha, fejn ma nistgħux nilqgħu t-talba issa inkomplu naħdmu għaż-żmien li ġej.

Nifhem li ħafna - studenti u għalliema - jkollhom bżonn jiċċaraw xi affarijiet. Kulħadd ser ikollu din l-opportunita' waqt il-proċess ta’ orientation u induction li jiġi organizzat fil-ġranet li ġejjin meta tiltaqgħu mad-Direttur ta’ l-Istitut u l-lecturers u l-għalliema tagħkom u ssiru tafu l-istruttura l-ġdida tal-Kulleġ[ u s-servizzi li din toffri. Qed isiru wkoll l-arranġamenti meħtieġa biex kulħadd ikun jista’ jieħu l-Maintenance Grant ta’ l-Istudenti kif stabbilit fir-regolamenti. Fiduċjuż li l-istudenti kollha ser jgħinu lil xulxin u lill-istaff biex il-bidu tal-korsijiet iseħ] fl-aħjar ordni, u bl-inqas skossi u inkonvenjent possibbli.

L-Istatut Legali ta’ l-MCAST jipprovdi għal għaxar Istituti. Illum qed inniedu l-korsijiet ta’ l-ewwel sitta. Il-Bord tal-Gvernaturi diġa' qed jieħu l-passi biex bħal-lum sena inniedu l-korsijiet ta’ Istituti oħra. Infatti ser tiġi pubblikata s-sejħa sew għad-Deputati Prinċipali kif ukoll għall-Kapijiet ta’ l-Istituti li ser jibdew is-sena d-dieħla. Il-Kulleġ[ sadanitant miexi bil-proċess biex jingaġġa r-risorsa umana li għandu bżonn.

S’issa l-Kulleġġ tmexxa mill-Bord tal-Gvernaturi, presedut mis-sur Victor Scicluna, flimkien mal-Prinċipal, is-sur Fredrick Fearne, u l-Project Director, Dr Joe Cannataci, u t-tim tagħhom. Inħatru diversi uffiċjali ewlenin - id-Direttur Amministrattiv, ir-Registratur, il-Kontrollur Finanzjarju. Inħatru wkoll il-kapijiet ta’ l-Istituti u d-deputajiet tagħhom, kif ukoll il-lecturers u l-għalliema. Bdew ix-xogħol tagħhom ukoll l-Information and Support Centre u qed isir xogħol fuq il-Basic Skills Unit. Peroċ issa se jibdew jidħlu fis-seħħ l-istrutturi l-oħra - il-Kunsill ta’ l-Istituti, il-Bord ta’ Studji ta’ l-Istituti, il-Bureau Amministrattiv, il-Partnership Office, u uffiċċji oħra u jinħatru l-uffiċjali l-oħra li jitlob l-Istatut.

Il-Kampus prinċipali tal-Kulleġ[ qiegħed hawn f’Kordin fejn ser ikollna l-Istitut ta’ l-Inġinerija Elettronika, l-Istitut tat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u Kommunikazzjoni u l-Istitut tan-Negozju u Kummerċ. Il-Kulleġ[ ser ikollu siti oħra - il-kampus tal-Istitut ta’ l-Arti u d-Disinn ser ikun f’Tarġa Gap, dak ta’ l-Istitut ta’ l-Inġinerija tal-Bini u Kostruzzjoni ser ikun fin-Naxxar, u dak ta’ l-Istitut Marittimu ser ikun f’Villa Portelli l-Kalkara. Fix-xhur li għaddew sar ħafna xogħol biex tejjibna l-ambjent mill-aħjar li stajna u biex assigurajna l-apparat kollu li l-korsijiet għandhom bżonn. Għad baqa’ x’isir. L-Bord tal-Gvernaturi diġa' qed jiddiskuti Pjan ta’ |vilupp tal-kampusis kollha biex jassigura li l-Kulleġ[ ikollu l-fa/ilitajiet meħtieġa biex iwettaq il-missjoni tiegħu fis-snin li ġejjin.

Il-Kulleġ[ din is-sena ser jagħti bidu ukoll għall-preżenza tiegħu f’Għawdex li jippreżenta numru ta’ ċirkostanzi differenti minn dawk ta’ Malta. Filwaqt li ser inniedu numru ta’ korsijiet, qed inkomplu niddiskutu mal-Ministeru għal Għawdex biex niżviluppaw organizazzjoni li tassigura li l-programmi għall-istudenti Għawdxin iwassluhom għall-istess livelli u standards li jistgħu jiksbu l-istudenti Maltin. L-ugwaljanza tal-livelli u l-istandards hu prinċipju li ma jistax jiġi kompromess. Tajjeb niftakru li l-Kulleġ[ ser ikollu jassigura li l-standards jgħolew u jinżammu għall-livelli internazzjonali taħt is-sorveljanza tal-Kunsill Nazzjonali għall-Kwalifiki Professjonali u Vokazzjonali.

Issa jiddependi ħafna minnkom l-istudenti u l-għalliema kif ser tlaħħmu l-viżjoni li iddisinjajna għall-Kulleġ[. Jien irrid nara korp studentesk ħaj, dinamiku, interessat fil-ġejjieni ta’ pajjiżna. Irrid nara l-korp tal-għalliema jibnu esprit de corp mill-aqwa. Irrid narakom ilkoll b’sens ta’ kburija u identitaċ f’dan il-Kulleġ[ li l-Gvern iridu jaħdem biex jilħaq l-istess stima li kisbet l-Universita' ta’ Malta. Hu għalhekk li jien qed ninsisti l-ħin kollu għal impenn sħiħ biex mhux biss intejjbu l-livelli li diġa' inkisbu f’Malta, iżda wkoll biex ikollna xibka ta’ attivitajiet kulturali, ta’ sport, ta’ attivita' spiritwali, ta’ ħidma volontarja u fil-komunita' li għandhom ikunu l-bażi tal-formazzjoni ta’ karattru b’saħħtu li jagħmel mill-istudenti ċittadini ta’ l-ogħla kwalita'.

Ippermettuli fl-aħħarnett infisser il-ħajr u l-apprezzament tiegħi għal dawk kollha li taw sehemhom biex illum qed nagħtu bidu għal dan il-proġett ta’ fejda għall-poplu tagħna.

Grazzi u prosit lil l-Onor Jesmond Mugliett, sieħbi fil-Ministeru. Jesmond kien strumentali meta ħadem u presieda l-Steering Committee biex fassal id-dokumenti bażiċi li fuqhom żviluppajna il-kunċetti u l-istrutturi li għandna illum. Grazzi Jesmond tal-kollaborazzjoni kontinwa li qed insarrfuha f’miżuri importanti ta’ riforma fl-oqsma fdati lilna.

Grazzi lil l-esperti kollha u rappreżentanti ta’ istituzzjonijiet pubbliċi u privati, Unjons u Korpi Kostitwiti tal-kontribut siewi li taw fi proċess wiesgħa ta’ konsultazzjoni li wettaqna dwar il-Kulleġ[.

Grazzi lilek, sur Prim Ministru, u sħabi fil-Kabinett għall-insistenza u l-appoġ[ kostanti tagħkom.

Grazzi lilek sur Paul Attard, Segretarju Permanenti, u l-Uffiċċju tiegħek għall-kontribut fondamentali tagħhom. Grazzi lis-sur Charles Mizzi, Direttur {enerali, u sinjorina Joyce Pullicino, Direttur, għall-appoġ[ li tajtuni u l-kontribut tagħkom li kien essenzjali biex titwettaq din il-politika tal-Gvern.

Grazzi partikolari lid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni, l-Universita', l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, ċ-~entru Malti tar-Restawr, Maltacom, u Awtorita' Marittima għall-appoġ[ u l-kollaborazzjoni tagħkom.

Ħajr u apprezzament speċjali irrid nurih lil Dr Joe Cannataci, s-sur Fredrick Fearne, s-sur Victor Scicluna u t-tims tagħhom ta’ ħaddiema mill-ikbar sal-iżgħar wieħed u waħda. Mingħajr il-ħidma, kultant lejl u nhar, ta’ dawn is-sinjuri il-ġrajja tal-lum ma kienetx isseħ].

Lilkom membri ta’ l-ewwel Bord tal-Gvernaturi irrid ngħidilkom grazzi minn qalbi. Ftit forsi japprezzaw xi jfisser l-impenn li intom qed tagħtu meta diġa' qed terfgħu responsabbilitajiet kbar f’pożizzjonijiet mill-ogħla sew fis-settur tal-Gvern, ta’ l-Universita' u s-settur Privat

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow