Left arrow Mur Lura

IR-RESPONSABILTÀ TAL-MANUTENZJONI TAD-DWAL TAT-TOROQ TGHADDI F’IDEJN IL-KUNSILLI LOKALI

pr1403
Date Icon 28/09/2001
Illum qed jibda’ jinghalaq il-process li beda tmien snin ilu biex l-ghamaratat-toroq u l-infrastruttura tal-bliet u l-irhula tghaddi f’idejn il-Kunsilli Lokali.
Minghajr dubju iz-zamma tal-bliet u l-irhula fejn f’hafnaminnhom tjiebet u dan irrizultat f’titjib fil-kwalita` tal-hajja tar-residenti.
Dan qalu l-Ministru tal-Gustizzja u Gvern LokaliAustin Gatt meta kien qed jindirizza konferenza ta’ l-ahbarijiet li fiha r-responsabilta’ tal-Manutenzjoni tad-dwal tat-Toroq li huma responsabbli minnhom.
Filfatt illum erbatax il-Kunsill Lokali (Hal-Qormi,Birkirkara, Gzira, Hamrun, Msida, Pembroke, Pieta’ San Giljan, San Gwann, Santa Venera, Sliema, Swieqi u Ta’ Xbiex) iffirmaw ftehim biex jikkoperaw bejniethom f’dan il-qasam.
Dr. Gatt qal li dan m’hux biss process ta’devoluzzjoni, dan hu process ta’ liberalizazzjoni. Huwa qal li permezz ta’ din id-devoluzzjoni ser jispicca l-monopolju ta’ l-Enemalta li issa ser tkun wahda mill-operaturi li ser jikkompetu biex jipprovdu servizz ahjar.
Il-Gvern qed jiddevolvi wkoll lill-Kunsill Lokali id-decizjonidwar programmi ta’ dwal godda f’toroq minghajr dwal. Sal-lum din kienet ghadha responsabbilta` Ministerjali. L-Enemalta ser izzomm ir-rwol li tassigura li meta jsiru bozoz godda dawn isiru skond standards ta’ kwalita` u sigurta` rikonoxxuti internazzjonalment.
Minn hawn ser jibda programm li ghandu joftom kullbozza mis-sistema tat-tqassim tad-dawl li ser tibqa’ f’idejn l-Enemalta. B’hekk kull meta jsir xoghol fuq xi bozza (jew arblu) ma jkollhiex ghalfejn tintefa’ t-triq jew iz-zona kollha.
Il-Ministru Gatt qal li dan il-programm biexjiddahhlu l-isolators jista’ ghall-ewwel inaqqas l-efficjenza fil-bdil tal-bozoz li jkun hemm bzonn mibdula. Izda meta l-programm jitwettaq wara x-xhur li gejjin il-pubbliku ser ikun jista’ jistenna li r-reazzjoni ghal rapporti ta’ hsara fis-sistemi tad-dawl tat-toroq tkun aktar immedjata u efficjenti milli hi llum.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow