IR-RESPONSABILTÀ TAL-MANUTENZJONI TAD-DWAL TAT-TOROQ TGHADDI F’IDEJN IL-KUNSILLI LOKALI
pr1403
28/09/2001
| Illum qed jibda’ jinghalaq il-process li beda tmien snin ilu biex l-ghamara | tat-toroq u l-infrastruttura tal-bliet u l-irhula tghaddi f’idejn il-Kunsilli Lokali. |
| Minghajr dubju iz-zamma tal-bliet u l-irhula fejn f’hafna | minnhom tjiebet u dan irrizultat f’titjib fil-kwalita` tal-hajja tar-residenti. |
| Dan qalu l-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali | Austin Gatt meta kien qed jindirizza konferenza ta’ l-ahbarijiet li fiha r-responsabilta’ tal-Manutenzjoni tad-dwal tat-Toroq li huma responsabbli minnhom. |
| Filfatt illum erbatax il-Kunsill Lokali (Hal-Qormi, | Birkirkara, Gzira, Hamrun, Msida, Pembroke, Pieta’ San Giljan, San Gwann, Santa Venera, Sliema, Swieqi u Ta’ Xbiex) iffirmaw ftehim biex jikkoperaw bejniethom f’dan il-qasam. |
| Dr. Gatt qal li dan m’hux biss process ta’ | devoluzzjoni, dan hu process ta’ liberalizazzjoni. Huwa qal li permezz ta’ din id-devoluzzjoni ser jispicca l-monopolju ta’ l-Enemalta li issa ser tkun wahda mill-operaturi li ser jikkompetu biex jipprovdu servizz ahjar. |
| Il-Gvern qed jiddevolvi wkoll lill-Kunsill Lokali id-decizjoni | dwar programmi ta’ dwal godda f’toroq minghajr dwal. Sal-lum din kienet ghadha responsabbilta` Ministerjali. L-Enemalta ser izzomm ir-rwol li tassigura li meta jsiru bozoz godda dawn isiru skond standards ta’ kwalita` u sigurta` rikonoxxuti internazzjonalment. |
| Minn hawn ser jibda programm li ghandu joftom kull | bozza mis-sistema tat-tqassim tad-dawl li ser tibqa’ f’idejn l-Enemalta. B’hekk kull meta jsir xoghol fuq xi bozza (jew arblu) ma jkollhiex ghalfejn tintefa’ t-triq jew iz-zona kollha. |
| Il-Ministru Gatt qal li dan il-programm biex | jiddahhlu l-isolators jista’ ghall-ewwel inaqqas l-efficjenza fil-bdil tal-bozoz li jkun hemm bzonn mibdula. Izda meta l-programm jitwettaq wara x-xhur li gejjin il-pubbliku ser ikun jista’ jistenna li r-reazzjoni ghal rapporti ta’ hsara fis-sistemi tad-dawl tat-toroq tkun aktar immedjata u efficjenti milli hi llum. |
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN