DISKORS MILL-ONOR. LAWRENCE GONZI, MINISTRU GHALL-POLITIKA SOCJALI WAQT SEMINAR ‘AMBJENT ELETTRONIKU GHAL KULHADD ORGANIZZAT MILL-MITTS
Sinjuri:
| Il-pass mghaggel u l-bidliet bla mistennija li gabet | maghha r-revoluzzjoni fit-tekonologija ta’ l-informatika u t-teleinformatika diga’ qed ikollha effett profond u radikali fuq il-hajja ta’ diversi persuni fil-pajjizi zviluppati. L-esperjenza turina li kull meta kien hawn revoluzzjoni teknologika din gabet maghha bidliet kbar kemm ghall-individwu u kemm ghas-socjetà, biss dawn il-bidliet dejjem kienu xabla li taqta’ miz-zewg nahat: bidliet posittivi u bidliet daqstant negattivi. |
| It-teknologija ta’ l-informatika fethet orizzonti u | opportunitajiet fil-hajja ta’ persuni b’dizabilita’ li sa ftit snin ilu lanqas biss konna noholmu bihom. F’dawn l-ahhar hamsa w ghoxrin sena rajna titjib sostanzjali f’dik li hi accessibilita f’oqsma bhal l-edukazzjoni, l-impjiegi, il-hin liberu, il-kommunikazzjoni u l-provizjoni ta’ servizzi. Dan kollu sar bis-sahha tat-teknologija ta’ l-informatika. |
| Din ir-revoluzzjoni qed tolqot ukoll mill-qrib | lill-individwi b’dizabilita’. Illum l-uzu ta’ speech-synthesisers u b’servizzi on-line persuni b’nuqqas ta’ dawl ghandhom access ghal bir bla qiegh ta’ informazzjoni. Illum dan il-grupp ta’ nies m’ghadhomx marbutin biss ma’ l-informazzjoni li jiehdu mill-Braille, minn fuq ir-radju, jew dak li jaghtuhom qarrejja li jaraw. Persuni b’nuqqas ta’ smiegh juzaw it-text-telefon, jikkommunikaw bl-emajl u jibghatu SMS b’telefon cellulari, b’dan il-mod huma qed ittejjbu bis-shih il-kwalità tal-hajja taghhom. Persuni b’nuqqas intellettwali ghandhom access ghal software edukattiv li jghinhom jitghallmu bil-pass taghhom u juzaw materjal edukattiv addattat ghall-età taghhom b’mod li jehlishom mill-biza’ li se jaqghu wara shabhom tal-klassi. Nies b’nuqqas ta’ mobilita’ ghandhom ghodda b’sahhitha li tghinhom inaqqsu b’mod konkret l-izvantagg li d-dizabilità tixhet fuqhom. |
| Bl-uzu ta’ l-informatika u t-teleinformatika, | sahansitra dawk il-membri tal-familja u persuni ohra li jaghtu support lill-persuni b’dizabilita’ ghandhom access dirett ghall-informazzjoni medika li tiftiehem, access ghal ghaqdiet volontarji fil-qasam tad-dizabilità minn pajjizi differenti, katalgi ta’apparat specjalizzat, pariri legali, kif ukoll opportunitajiet edukattativi u ta’ xoghol, kollha on-line. Minghajr dubbju ta’ xejn iz-zieda fl-ghazla ggib maghha titjib fil-kwalità tal-hajja. |
Biss irridu noqghodu attenti li ma niggeneralizzawx. Fil-kas ta’ persuni b’dizabilità meta niggeneralizzaw naqghu fin-nassa li noholoqu servizzi jew oggetti fejn nahsbu li kejl wiehed jghodd ghal kulhadd. Dan mhux minnu. Il-persuni b’dizabilita, huma, l-ewwel u qabel kollox individwi tad-demm u l-laham, individwi distinti minn xulxin, u li ghaldaqstant jehtigielhom soluzzjoni personalizzati bbazati fuq ic-cirkostanzi, u fuq kollox ix-xewqat taghhom stess. Illum nafu u nifhmu li l-persuni b’dizabilità jrid li jkollhom l-istess ghazliet bhal m’ghandhom il-maggoranza ta’ nies bla dizabilità. Iridu li jikkontrollaw hajjithom huma, u mhux li jigu kkontrollati. U hawnhekk fejn irridu noqghodu attenti, ghaliex it-teknologija ta’ l-informatika ghandha s-sahha biex jew izzid il-libertà ta’ l-ghazla u taghti kontroll lill-individwu, jew inkella tnaqqar, u xxejjen dawn id-drittijiet fundamentali tal-bniedem.
IL-QASAM TAX-XOGHOL
S’issa l-impatt li kella t-teknologija ta’ l-informatika fuq il-qasam tax-xoghol ghall-persuni b’dizabilità ghadha minima. Bil-mod qeghdin naraw numru zghir, biss dejjem jikber ta’ nies b’dizabilità li qed jahdmu spalla ma’ spalla ma’ persuni bla dizabilità fuq livell kompletament ugwali. U dan grazzi ghall-ghodda tal-kompjuter. Dan in-numru ghadu zghir wisq u mhux se jizdied sempliciment ghax jizdiedu l-kompjuters fuq il-post tax-xoghol.
Biex xi hadd jaghmel uzu massimu mill-informatika, nafu li jrid ikun jaf jikteb u jaqra, kif ukoll jahseb b’mod metodiku u logiku. Dawn huma hiliet li wiehed irid jitghallimhom fl-iskola. Mela irridu nizguraw li l-iskejjel taghna qed jippreparaw studenti b’dizabilità biex ikollhom dawn il-hiliet, ghax minghajr dawn il-kapacitajiet il-bniedem isir bhal kompjuter minghajr kurrent elettriku: teknologija mejta.
Pass kbir digà ittiehed permezz tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali li ntroduca s-suggett tal-Edukazzjoni Teknologika fil-livelli kollha ta’ edukazzjoni bazika fl-iskejjel kollha Maltin. Dan sar sabiex kull tifel u tifla, irrispettivament mid-dizabiltà, jakkwista l-hiliet sabiex ikun jista’ jimmanipula t-teknologija tal-informatika fuq il-lant tax-xoghol.
Hemm bzonn inharsu b’mod krejattiv lejn il-qasam tax-xoghol. Ma rridux nibqghu niffukaw fuq xoghol bhala semplici mpjieg f’ufficcju. Illum, hafna xoghol jista’ jsir id-dar. Dan jaghti lok ghall-impjieg ta’ persuni li forsi, fil-passat, ma konniex inqishom bhala li jistghu jahdmu. Nies b’nuqqas sever hafna ta’ mobilita’ jistghu jahdmu mill-kumdita’ ta’ darhom stess f’oqsma differenti: data-entry, programming, gurnalizmu, desktop publishing, design, accountancy, xoghol ta’ konsulenza, xoghol relatat mad-disinn ta’ webpages, ricerka f’suggetti differenti, ecc, ecc.
Dan it-tip ta’ xoghol, maghruf bhala teleworking joffri soluzzjonijiet flessibbli u personalizzati, fejn l-individwu, barra milli jahdem mid-dar, jista’ wkoll jattendi f’centru zghir li jkun jinstab fil-kommunita’ stess. Dawn it-tip ta’ centri jistghu jinfethu minn organizzazzjonijiet pubbici jew privati, u huma tip ta’ inizjattivi idejali biex jithaddmu fuq livell ta’ Kunsilli Lokali.
Dawn ic-centri jkollhom il-vantagg li jkunu zghar, jifthu f’hinijiet differenti (mhux hinijiet ta’ l-ufficju biss) u jistghu jigu sorveljati b’certu facilità. Ghal persuni b’dizabilità dawn it-tip ta’ centri ghandhom il-vantagg li jkunu vicin id-dar ta’ l-individwu, joffru ambjent ta’ xoghol kwazi protett, biss bil-vantagg li wiehed qed johrog mid-dar u barra milli jahdem qed jiltaqa’ man-nies u jnaqqas l-izolament socjali li huwa l-hmar il-lejl ta’ hafna nies b’dizabilità.
Billi dawn il-postijiet jaghmlu uzu wkoll minn haddiema li ma jkunux fuq il-post tax-xoghol (remote workers) dan ifisser li jekk persuna b’dizabilità severa jkollha taghmel zmien id-dar, din m’ghandhiex bzonn tieqaf tahdem.
PROGRESS F’DAN IL-QASAM
Digà semmejna kemm hu mportanti li jinholqu opportunitajiet biex individwi u organizzazzjoniet b’interess f’dan il-qasam jahdmu flimkien biex nizguraw access ahjar permezz ta’ hardware u software li jkun adattat u li jkun ta’ prezz li persuna b’dizabilità tkun tista’ takkwistah bla problemi kbar. Fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni, ta’ l-impjieg u tal-bejgh u xiri ta’ servizzi jehtieg li jkollna ‘standards’ cari u li jigu osservati minn kulhadd. Bhalissa ninnutaw l-isforz li qed isir mill-pajjizi ta’ l-Unjoni Ewropeja biex kull aspett ta’ l-ambjent ta’ l-informatika (b’mod partikolari kull dettal ta’ l-Internet) ikun accessibli ghal kulhadd, inkluz persuni b’dizabilità.
Propju tlett ijiem ilu, il-Kummissjoni Ewropeja adottat kriterji godda tal-accessibilta sabiex jkun possibbli ghal persuni b’dizabilità u persuni anzjani li juzaw l-internet minghajr xkiel. Dawn il-kriterji maghrufa bhala W3C/WAI ser jigu adottati mill-websites tal-pajjizi membri u l-websites kollha relatati mal-Kummissjoni sa l-ahhar tal-2001. Bi pjacir nghid li l-website il-gdida li l-Ministeru tieghi ser jinawgura fix-xahar ta’ Ottubru ser wkoll tkun accessibli skond dawn il-kriterji.
Haga ohra importanti hija li t-tfal b’dizabilita’ li jattendu skejjel ta’ l-istat, tal-knisja jew privat ikollhom access ghat-teknologija ta’ l-informatika bi prijorità. U dan bir-ragun, ghaliex il-potenzjal li toffri l-ghodda ta’ l-informatika ghal titjib fil-kwalita’ ta’ hajja ta’ dawn it-tfal, specjalment meta dawn isiru adulti, hija inkalkulabbli.
Nistennew li naraw aktar programmi ta’ tahrig li jinkludu l-persuni b’dizabilità u l-familjari taghhom. Hafna drabi, minhabba l-ispejjez kbar li sikwit iggib maghha dizabilità severa, il-persuna u l-familja ma jkunux jistghu jixtru l-programmi ta’ tahrig offruti mill-privat. Terga’ uhud mill-iskejjel u ufficini privati li jghallmu l-informatika huma fizikament inaccessibbli ghal persuni b’nuqqas ta’ mobilità. L-ETC digà qed toffri dan it-tip ta’ tahrig. Fuq livell lokali nafu li digà kien hemm xi kunsilli lokali li offrew dawn it-tip ta’ lezzjonijiet, jew b’xejn, jew bi hlas nominali. Din it-tip ta’ inizijattiva ta’ min ifahharha u jirrepetiha
Bhala regola generali, kull apparat ta’ l-informatika, sew jekk ikun hardware, kif ukoll software, li jintuza minn entitajiet tal-Gvern, irid ikun accessibbli ghall-persuni b’nuqqassijiet differenti (specjalment, f’hafna kazi, ghall-persuni b’nuqqas ta’ dawl). Il-Gvern huwa wiehed mill-akbar xerrejja ta’ hardware u software, u ghalhekk qieghdin nikkunsidraw jekk ghandniex nezigu li jigi mwettaq il-principju ta’ l-accessibilità billi: jiddahhal il-principju li kull tender li johrog relatat ma’ dal-qasam ikollu dan jaccerta li l-offerti li jsiru jahsbu ghall-accessibilita u billi ninkludu persuni b’dizabilita’ f’kumitati ta’ evalwazzjoni ta’apparat tal-kompjuter qabel ma’ jinxtara minn entitajiet governattivi. Dan ghandu jsir mhux biss sabiex jigu evitati konsegwenzi serji u fit-tul ta’ xiri ta’apparat mhux accessibbli, u lanqas minhabba sentimenti ta’ hasra, izda biex il-Gvern stess jaghti l-ezempju billi jkun konformi mal-Ligi Opportunitajiet Indaqs (Persuni b’Dizabilita’), li proprju sena ilu, fl-1 ta’ Ottubru, 2000 dahlet fis-sehh fil-provedimenti kollha taghha.
Ilu jinhass il-bzonn li titwaqqaf formalment punt ta’ referenza dwar it-teknologija ta’ l-informatika u l-persuni b’dizabilita’. Ghaldaqstant, illum nilqghu bil-ferh il-holqien mill-MITTS ta’ Fondazzjoni li ghandha preciz dan il-ghan. Il-Foundation for Information Technology Accessibility (FITA) kif smajna qabel ghandha l-ghanijiet li tiffacilita l-kollaborazzjoni bejn individwi u entitajiet li ghandhom interess f’dan il-qasam, li sservi bhala forum fejn persuni b’dizabilita’, membri tal-familji taghhom, hbieb u ohrajn jistghu jaqsmu l-idejat u x-xewqat taghhom dwar l-informatika, li taghti pariri dwar xiri ta’ hardware u software addattati u tkun risorz virtwali b’webpage li tghaqqad flimkien diversi elementi. Punt pozittiv huwa l-fatt li l-Fondazzjoni li twaqqfet illum hija l-frott ta’ hidma bejn il-MITTS u l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilità li ilha sejra sa mill-1995.
L-ghan ewlieni ta’ din il-Fondazzjoni ghandha tkun li tiggenera politika nazzjonali dwar il-qasam ta’ l-informatika u l-persuni b’dizabilità, biex b’hekk il-pajjiz ikollu vizjoni ta’ fejn irid jasal fl-izvilupp ta’ dan il-qasam krucjali.
M’ghandix l-icken dubju li b’din il-Fondazzjoni qieghdin noholqu opportunita tad-deheb biex inkomplu naghmlu differenza fil-hajja tan-nies b’dizabilita. Ippermettuli suggeriment wiehed biss. Ghedt illi l-esperjenza mal-MITTS ilha li bdiet sa mill-1995. Dak in-nhar sibna sinergija eccellenti bejn din l-organizzazzjoni u l-KNPD. Imma l-problema ewlenija li konna ltaqjna maghha fil-passat kien in-nuqqas ta’ koordinatur/ koordinatrici, bil-hiliet u attitudini adattati biex dan il-progett ikun jista’ jrabbi gheruq sodi u fil-fond. Fid-dawl ta’ dan, nirrakomanda bil-qawwa li l-membri fondaturi ghandhom jidentifikaw u jimpjegaw persuna biex taghmel ix-xoghol ta’ koordinament, li minghajru nkunu qed nissugraw li l-mira ewlenija ta’ din l-inizjattiva ddum biex tintlahaq.
KONKLUZJONI
| Biex nikkonkludi nerga’ nenfasizza li l-izvilupp ta’ | kapacitajiet fil-qasam ta’ l-informatika jiddependu hafna fuq il-livell ta’ edukazzjoni li ghandu l-individwu u zgur li intom tapprezzaw illi l-persuni b’dizabilità m’humiex eccezzjoni. Fis-snin l-imghoddija l-persuni b’dizabilità kienu kkunsidrati bhala grupp ta’ nies inkapacitati, handikappati, dizabilitati – fi kliem iehor b’limitu ta’ potenzjal. Minhabba f’hekk hafna mill-persuni b’dizabilità spiccaw b’deficjenzi qawwija fl-edukazzjoni taghhom. |
| Parti kbira tat-tort irridu ngorruh ahna, ghaliex | bhala socjetà dejjem rajnihom bhala nies bla hila, nies li ma jistghux ikunu produttivi, u fl-ahhar mill-ahhar ghalhekk, nies bla valur fil-hajja socjali u ekonomika ta’ pajjizna. Ma rridx ninftiehem hazin – il-motivazzjoni kienet biss wahda li tipprotegi lill-persuna b’dizabilita ghaliex konna konvinti – b’mod zbaljat – li ma kienx hemm potenzjal x’johrog. |
| Konna zbaljati u t-tekonologija tal-lum tghallimna | kemm nistghu nkunu innovattivi fl-opportunitajiet li noholqu jekk, pero, nemmnu li l-potenzjal qieghed hemm. Ghal grazzja ta’Alla, f’dawn l-ahhar ghoxrin sena il-mentalita’ nbidlet sew. Illum l-aspetattivi tal-genituri tal-persuni b’dizabilità, tas-socjeta’ Maltija u tal-persuni b’dizabilità nfushom gholew bil-bosta. Illum, persuna b’dizabilità tippretendi li wara li tispicca l-iskola ssib impjieg dinjituz, addattat ghall-kapacitajiet taghha u li ghandu marbut mieghu hlas u status ragonevoli. F’certi cirkostanzi l-persuna b’dizabilità tipprendi (bir-ragun) li tinghata s-support mehtieg biex issib u zzomm l-impjieg taghha. |
| Minn dan kollu johrog car li jekk mhux se jsir sforz | shih min-naha tal-genituri, l-iskejjel, u s-socjetà in generali biex flimkien nassiguraw li z-zghazagh b’dizabilità jinghataw edukazzjoni xierqa ghad-dinja ta’ llum, dinja fejn ix-xoghol huwa l-pern li fuqu ddur is-socjeta’ Maltija, mela t-teknologija ta’ l-informatika, u wisq aktar id-dinja adulta se jibqghu ‘no go areas’ ghall-persuni b’dizabilita’ Maltin u Ghawdxin. |
| Irridu nsaqsu lilna nfusna bis-serjeta, jekk pajjiz | tant zghir, jista’ jaffordja li jwarrab il-persuni b’dizabilita’, jekk ahna ahniex ser nuzaw it-teknologija sabiex nifthu orizzonti godda u noholqu minnha ghodda utli ghall-inkluzjoni u l-holqien ta’ socjetà minghajr fruntieri … socjetà ghal kulhadd. Nawgura li dan li qed jitnieda llum ikun pass iehor f’din id-direzzjoni. |
Grazzi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN