Left arrow Mur Lura

Progett ghat-tkabbir u t-titjib tal-picnic area f’Hal Far

pr1395
Date Icon 28/09/2001
Waqt li kien qieghed isegwi xoghol ta’ tindif liqed isir fil-picnic area ta’ Hal Far, il-Ministru ghall-Ambjent Dr. Francis Zammit Dimech qal li l-Gvern holoq diversi postijiet fejn il-pubbliku ikun jista’ jqatta’ l-hin liberu tieghu u fost dawn hemm il-picnic area ta’ Hal Far li fl-istagun tal-harifa tkun frekwentata minn mijiet ta’ familji.
Il-Ministru ghall-Ambjent qal li minhabba x-xoghol liqed isir fuq it-triq il-gdida ta’ bejn l-Ajruport internazzjonali ta’ Malta u l-Freeport, se jsiru xi alterazzjonijiet ghal din il-picnic area. Il-picnic area se tikber u se tkun maqsuma f’diversi partijiet, b’kull parti b’area ghall-parkegg tal-karrozzi. Fil-frattemp, il-picnic area prezenti qed titnaddaf minn membri tal-Forzi Armati ta’ Malta u minn haddiema tal-Unit ghat-tisbih tal-kampanja, fi hdan is-Sezzjoni ghall-Izvilupp u l-Immaniggjar ta’ l-Ambjent. Il-parti l-ohra ta’ din il-picnic area kienet qed titnaddaf mill-Kunsill Lokali taz-Zurrieq. Il-Ministru qal li permezz ta’ din il-hidma l-pubbliku ikun jista’ jgawdi dawn l-inhawi f’ambjent nadif.
Francis Zammit Dimech qal li l-Gvern wettaq diversiprogetti biex il-pubbliku f’dawn l-inhawi jkollu fejn iqatta’ l-hin liberu tieghu. Hu fakkar fil-progetti ta’ tisbih ta’ Birzebbuga, Marsascala u Marsaxlokk li bejniethom swew investiment ta’ aktar minn Lm5 miljun. Hu qal li aktar hidma ta’ tisbih se ssir is-sena d-diehla f’Birzebbugia, Marsascala, fil-bajja ta’ San Tumas u x-Xaghjra.
Il-Ministru ghall-Ambjent qal li f’dawn l-inhawi l-Ministerutieghu bena gonna, carparks u wettaq tindif fuq skala kbira f’Benghajsa, fl-inhawi ta’ Ghar Hassan u f’Hal Far, minfejn tnehhew aktar minn 300 trakk skart. Hu qal li f’dawn l-inhawi qed jitwettqu xoghlijiet biex il-pubbliku jkollu fejn jimxi minghajr traffiku.
Il-Ministru Zammit Dimech fakkar li bhala parti mill-programmqawwi infrastrutturali li twettaq wara l-1987 f’dawn l-inhawi, ssahhet is-sistema ta’ l-elettriku, ta’ l-ilma u tad-drenagg. Qabel ma kienet modernizzata u msahha s-sistema tad-drenagg il-bajjiet ta’ Marsascala u Birzebbugia kienu dejjem imniggsa mid-drenagg. Bit-titjib fis-sistema dawn iz-zewg bajjiet saru tajba ghall-ghawm. Qal li kien ta’ pjacir jinnota li matul is-sajf li ghadda s-siti kollha minfejn jittiehdu kampjuni tal-bahar mid-Dipartiment tas-Sahha Pubblika kienu dejjem tajba ghall-ghawm. Mhux talli l-bahar f’dawn l-inhawi ma kienx imniggez anzi sar progress fil-kwalità ta’ l-ilma bahar.
Il-Ministru ghall-Ambjent qal li hemm min irid jaghtil-impressjoni li n-Nofsinhar ta’ Malta hu mitluq. Qal li l-fatti juru mod iehor. Fin-Nofsinhar ta’ Malta l-Gvern qed jinvesti bil-kbir biex ir-residenti ta’ dawn il-lokalitajiet jghixu f’ambjent ahjar. F’ambjent fejn inharsu l-kampanja u l-ibhra u fejn ikun hemm aktar facilitajiet biex il-pubbliku jkun jista’ jqatta’ l-hin liberu tieghu.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow