Left arrow Mur Lura

Verzjoni finali ta’ l-istrategija ghall-immaniggjar ta’ l-iskart

pr1394
Date Icon 28/09/2001
F’intervent li ghamel waqt li kien qed jippartecipaf’diskussjoni dwar strategija ghall-immaniggjar ta’ skart solidu, li saret f’Bay Street Complex, bhala parti mill-Gimgha favur l-Ambjent, il-Ministru ghall-Ambjent, Dr Francis Zammit Dimech, qal li wara l-pubblikazzjoni ta’ l-abbozz tar-rapport ta’ Carl Bro dwar l-Izvilupp ta’ Strategija Integrata ghall-Immaniggjar ta’ Skart Solidu ghall-Gzejjer Maltin, u wara li korpi kostitwiti, NGOs u l-pubbliku in generali ghamlu proposti u suggerimenti, it-Technical Review Committee lesta l-verzjoni finali ta’ l-istrategija li se titressaq quddiem il-Kabinett ghall-approvazzjoni.
Il-Ministru ghall-Ambjent qal li din l-istategijatinkludi miri li jridu jintlahqu biex il-pajjiz jirregola l-problemi marbuta ma’ kull tip ta’ skart li jigi ggenerat fil-gzejjer Maltin. Qal li l-istrategija tahseb biex jinghalqu l-mizbliet fil-Maghtab f’Malta u fil-Qortin f’Ghawdex, ir-riabilitazzjoni ta’ dawn iz-zewg mizbliet u tal-Mizbla tal-Fulija fiz-Zurrieq. L-istrategija tahseb ukoll fil-mod kif ghandna niddisponu minn skart tal-bini li jaghmel aktar minn 80 fil-mija ta’ l-iskart kollu generat fil-pajjiz.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li pajjizna huwiehed zghir b’popolazzjoni kbira ta’ 380,000 u b’1.2 miljun turist li jzuruna kull sena. Qal li kull sena niddisponu fil-mizbla tal-Maghtab madwar 1.2 miljun tunnellata ta’ skart. L-istrategija integrata ghall-imminaggjar ta’ l-iskart tahseb ghal mizuri adegwati biex innaqqsu l-ammont ta’ l-iskart li nipproducu u biex niddisponu ahjar minn dan l-iskart.
Francis Zammit Dimech fakkar li l-maggoranza kbira ta’l-iskart li nipproducu hu skart li johrog mill-industrja tal-kostruzzjoni. Qal li parti minn dan l-iskart jista’ jigi riciklat biex jintuza’ fl-istess industrja. Parti ohra jista’ tintuza biex jintradmu barrieri li m’ghadhomx jintuzaw u li huma gerha fuq l-kampanja Maltija. Parti ohra tista’ tmur ghal progetti ta’ reklamazzjoni.
Il-Ministru ghall-Ambjent qal li biex din l-istrategijatirnexxi irid ikun hemm kampanja edukattiva kontinwa bl-iskop li nitghallmu nnaqqsu l-ammont ta’ skart li nipproducu, naghmlu uzu mill-gdid ta’ oggetti ta’ skart u nirriciklaw materjal li johrog mill-iskart. Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal l-politika tat-3Rs, reduce, reuse, recyling ghandha tigi attivata ghaliex hu biss billi nnaqqsu mill-iskart, nuzawh mill-gdid u nirriciklawh li ma nkomplux inkabbru muntanji ta’ skart kif ghandna fil-Maghtab.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li biex nattwawdin l-istategija nehtiegu investiment ta’ madwar Lm70 miljun. Izda darba nattwaw din l-istrategija pajjizna, fi zmien 10 snin minn mindu jkun qed jimxi mad-direttivi u r-regolamenti ta’ l-Unjoni Ewropea dwar l-iskart, jiffranka ferm aktar.
Il-Ministru ghall-Ambjent qal li l-Gvern irid l-ahjarghal pajjizna. Dan japplika ghal dak kollu li ghandu x’jaqsam mat-titjib fl-ambjent. Japplika ghall-iskart, li jekk ma jkollniex strategija tajba ghall-izvilupp integrat ghall-immaniggjar tieghu ma nistghu qatt naslu biex nirrisolvu problema hekk kbira u li ilha maghna ghexiren ta’ snin.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow