STQARRIJA MILL-MINISTERU GHALL-GUSTIZZJA U GVERN LOKALI
Il-Ministeru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali jirreferi għall-istqarrija tal-bieraħ tas-Sindku ta' Bormla, is-Sur Paul Muscat.
Il-Ministeru jtenni li l-kontijiet finanzjarji awditjati tal-Kunsill ta' Bormla juru li l-Kunsill immexxi minn Paul Muscat kien l-uniku wieħed f'Malta u f'Għawdex li żied l-iżbilanċ finanzjarju tiegħu, minn sena għal oħra.
Fil-fatt, fis-sena finanzjarja li spiċċat f'Marzu fis-sena 2000, il-Kunsill ta' Bormla irrapporta żbilanċ ta' Lm35,806. Dan kien ifisser żbilanċ ta' 46% ta' l-allokazzjoni li ngħatat lill-Kunsill ta' Bormla fl-1999.
Fis-sena ta' wara, l-iżbilanċ żdied għal Lm76,721 jew 58% ta' l-allokazzjoni lill-Kunsill ta' Bormla. Dan hu nfieq irresponsabbli ta' fondi pubbliċi.
Il-Kunsill ta' Bormla għalhekk fil-preżent mhux f'posizzjoni li jidħol għal proġetti ġodda aktar mill-obbligi li għandu skond il-liġi. Minħabba dan, il-Gvern ma jidhirlux li għandu jiddevolvi proprjeta' lill-Kunsill ta' Bormla sakemm dan juri progress fil-mod kif jonfoq flusu.
Il-Ministeru jagħmilha ċara li ma jħossx illi għandu jtawwal din il-kwistjoni iktar u fl-assenza ta' xi żvilupp ġdid, mhux sa jagħmel iktar kummenti pubbliċi fuq din il-materja.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN