Left arrow Mur Lura

XOGĦOL TA’ RESTAWR FIT-TORRI TA’ MĠARR IX-XINI, GĦAWDEX

pr1377
Date Icon 26/09/2001

Id-Dipartiment Proġetti u Żvilupp fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex dan l-aħħar ta bidu għal xogħol ta’ restawr fuq it-torri ta’ Mġarr ix-Xini, li kien fi stat ħażin ħafna ta’ manutenzjoni.

L-ewwel fażi ta’ xogħlijiet mistennija titlesta f’Ottubru. Din tinkludi t-tneħħija ta’ kantuniera li kienet fi stat ħazin ħafna u r-rikostruzzjoni tagħha fin-naħa tax-Xlokk tat-torri, il-kostruzzjoni mill-ġdid ta’ ħitan u kmamar fil-livell tal-bejt, skond il-pjanti oriġinali tat-torri, flimkien mar-restawr ta’ l-erba’ faċċati tat-torri, li jinkludi wkoll xogħol dekorattiv fil-ġebel, li jinsabu fi stat ħażin ħafna minħabba l-viċinanza tagħhom lejn il-baħar u l-espożizzjoni kontinwa tagħhom għall-elementi.

It-tieni fażi tal-proġett ta’ restawr ser tikkonsisti fil-kostruzzjoni mill-ġdid ta’ strutturi interni fis-sular ta’ fuq flimkien mat-turġien u ħitan oħra interni illi maż-żmien kienu spiċċaw għal kollox. It-tielet fażi mbagħad tikkonċentra fuq ir-restawr tat-taraġ prinċipali tad-daħla tat-torri, it-twaqqif mill-ġdid ta’ pont u restawr fuq l-aperturi.

It-torri ta’ Mġarr ix-Xini huwa wieħed minn erba’ torrijiet kostali f’Għawdex, flimkien ma’ disgħa oħra f’Malta u ieħor f’Kemmuna. Ġie mibni fl-1661 mill-Gran Mastru de Redin biex iħares lin-naħa tax-Xlokk tal-kosta Għawdxija mill-għadu barrani.

Ix-xogħol ta’ restawr fuq it-Torri ta’ Mġarr ix-Xini qed isir mid-Dipartiment Proġetti u Żvilupp fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, b’kollaborazzjoni ta’ Wirt Għawdex.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow