AIR CONDITIONING FL-ISPTAR ĠENERALI T’GĦAWDEX
L-Isptar Ġenerali t’Għawdex dan l-aħħar ġie mgħammar b’units ta’ air conditioning fis-Swali Ġenerali ta’ Rġiel u Nisa.
Dan huwa servizz meħtieġ ħafna peress li dawn is-swali s’issa kienu għadhom mingħajr ebda sistema simili u għalhekk kienu ta’ inkonvenjent kbir għall-pazjenti rikoverati, l-aktar fix-xhur tas-sajf. Wieħed malajr jinnota li l-introduzzjoni ta’ dawn il-units ta’ air conditioning ħolqot ambjent aħjar għall-pazjenti u min idur bihom f’dawn is-swali.
F’diskors ta’ l-okkażjoni, il-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono, irreferiet għall-ħidma intensiva li bħalissa għaddejja fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex, ħidma li tkopri kemm xogħlijiet ta’ manutenzjoni u refurbishment, kif ukoll tat-tagħmir permezz ta’ apparat ġdid.
Filwaqt li rringrazzjat lill-istaff preżenti għad-dedikazzjoni li juru f’xogħolhom hija accennat għax-xogħol li għaddej bħalissa sabiex jitwettaq il-Proġett ta’ Residenza Anzjani Nisa, proġett li ser jara nefqa kapitali ta’ madwar Lm250,000 b’riżq it-titjib ta’ l-ambjent li fih jgħixu l-anzjani rikoverati l-Isptar.
Preżenti għall-okkażjoni kien hemm ukoll Dr. Anthony Livori, Superintendent Sptar Ġenerali t’Għawdex.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN