Left arrow Go Back

BI PREPARAZZJONI GĦAL SENA SKOLASTIKA ĠDIDA

pr1366
Date Icon 24/09/2001

Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, dalgħodu ltaqgħet ma' kapijiet ta' l-iskejjel statali f'Għawdex sabiex għal sena oħra, tiġi assigurata sena skolastika tajba għall-istudenti Għawdxin.

Filwaqt illi rringrazzjat lil dawk preżenti, il-Ministru għal Għawdex saħqet dwar l-importanza ta' dixxiplina fl-iskejjel fejn l-ewwel dixxiplina għandha tkun ma' l-għalliema u l-istaff. "Huma l-istess għalliema li permezz ta' l-imġieba tagħhom jirriflettu tajjeb jew ħażin fuq l-istudenti tagħna".

Waqt din il-laqgħa annwali, il-Ministru għal Għawdex stqarret li l-programm intensiv ta' refurbishment ta' l-iskejjel li daħal għalih il-Ministeru għal Għawdex qiegħed jitwettaq kif ippjanat. Fil-fatt, matul din l-aħħar sena twetqet ħidma ntensiva f'diversi skejjel Primarji kif ukoll fiż-żewġ skejjel sekondarji u dik post-sekondarja. F'din ta' l-aħħar, matul din l-aħħar sena ġew inawgurati l-ewwel settijiet ta' Laboratorji li laħħqu l-ispiża kapitali ta' iktar minn Lm250,000. Il-ħidma għaddejja b'riżq l-iskejjel f'dawn ix-xhur tlaħħaq l-ispiża ta' Lm240,000, fosthom diversi xogħlijiet fl-Iskola Primarja Għajnsielem illi ser jiswew madwar Lm140,000.

Il-laqgħa ġiet fi tmiemha billi l-Ministru fakkret lill-Kapijiet ta' l-Iskejjel t'Għawdex illi l-Ministeru għal Għawdex dejjem lest li jagħtihom l-għajnuna meħtieġa. Dan għaliex il-Ministeru għal Għawdex jemmen bis-sħiħ fl-implimentazzjoni ta' edukazzjoni sħiħa fil-gżira u għalhekk irid ikompli jwettaq ħidma ntensiva f'dan il-qasam tassew importanti għal Għawdex.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow