Left arrow Mur Lura

IL-ĦOLQIEN TA’ GRUPPI SPEĊJALIZZATI MILL-KUNSILL NAZZJONALI KURRIKULU

pr1355
Date Icon 19/09/2001

L-implimentazzjoni tal-Kurrikulu Nazzjonali huwa proġett ta’ importanza kbira. Huwa pilastru fl-istorja ta’ l-iżvilupp u l-provvediment edukattiv f’Malta fi żminijietna. Il-programm iħares ’il quddiem, huwa ambizzjuż u jitlob strutturi u proċeduri straordinarji għall-implimentazzjoni tiegħu. Din l-implimentazzjoni għandha tul ta’ żmien speċifiku imfissra fil-Pjan Strateġiku.

L-istrutturi ewlenija fl-implimentazzjoni huma l-Kunsill Nazzjonali Kurrikulu u sittax-il Grupp Speċjalizzat. Dawn ta' l-aħħar se jitwaqqfu wara sejħa pubblika.

Xogħol il-Gruppi Speċjalizzati huwa liĠ janalizzaw sitwazzjonijiet edukattivi, iwettqu programmi u inizjattivi ta’ riċerka, jidħlu għal proġetti bi sħab ma’ l-iskejjel, jappoġġjaw lill-iskejjel waqt li dawn jimplimentaw il-Kurrikulu Nazzjonali, jinvolvu lill-ġenituri fi sforz kollaborattiv, iżommu kuntatt ma’ numru ta’ organizzazzjonijiet tal-Gvern u oħrajn mhux tal-Gvern fuq proġetti edukattivi u jżommu lill-pubbliku infurmat regolarment dwar l-implimentazzjoni tal-Kurrikulu.

Il-Gruppi Speċjalizzati jeħtiġilhom jaħdmu id f’id ma’ l-iskejjel kollha ta’ l-Istat, tal-Knisja u dawk indipendenti, kif ukoll ma’ edukaturi fid-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni, fil-Fakultà ta’ l-Edukazzjoni u anke f’pajjiżi oħra, u ma’ organizzazzjonijiet u individwi li jistgħu jagħtu sehemhom għall-implimentazzjoni tal-Kurrikulu Nazzjonali

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow