Left arrow Go Back

IT-TIELET SENA TA’ HIDMA TAL-GVERN: "INSAHHU PAJJIZNA" – MINISTERU TAL-FINANZI

pr1349
Date Icon 18/09/2001

Illum, 18 ta' Settembru 2001, saret konferenza ta’ l-ahbarijiet fil-Ministeru tal-Finanzi. Il-Ministru tal-Finanzi John Dalli spjega u ta informazzjoni lill-gurnalisti prezenti rigward it-tielet sena ta' hidma ta' din il-legislatura. Hu spjega li din il-konferenza ta’ l-ahbarijiet hija wahda mill-inizjattivi li ha l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista, li kull sena jdur mal-mejda u jaghti rendikont ta’ l-operat tieghu kollu.

Irridu nibnu futur tajjeb u assigurat ghal pajjizna. Sabiex dan isehh irridu nibnu u fejn hemm bzonn nirristrutturaw is-sistemi taghna ghall-sistemi li jistghu jhallsu ghalihom infushom.

Ghalhekk, matul is-sena li ghaddiet, il-hidma fil-Ministeru tal-Finanzi kkoncentrat fuq it-tishih ta’ l-istrutturi taghha biex ingibu lil pajjizna lura ghal sitwazzjoni finanzjarja stabbli. Immexxi minn sens qawwi ta' gustizzja socjali, il-Gvern Malti sahhah is-sistemi tieghu kontra l-Evazjoni tat-Taxxa, u zamm kontroll tajjeb fuq in-Nefqa Pubblika.

Wiehed dejjem irid izomm f'mohhu li dak kollu li jaghti l-Gvern lil xi hadd, ikun hemm xi hadd iehor li jkun qed ihallas ghalih. Pagi, sussidji, servizzi socjali u hafna affarijiet ohra li lill-Gvern jiguh jiswew il-miljuni. Ezempju konkret ghal din is-sena huma l-pensjonijiet li f'din is-sena zdiedu b'madwar hmistax il-miljun lira Maltin. Il-flus jigu mill-poplu u t-taxxi jaghmlu tajjeb ghal kull servizz li jaghti l-Gvern.

Fatt pozittiv kien li filwaqt li d-dhul tal-Gvern zdied, inzamm kontroll fuq in-Nefqa Pubblika. Fil-fatt, matul din is-sena, n-nefqa tal-Gvern bhala persentagg tal-GDP ser tinzel minn 37.9% fl-1998 ghal 36.4%.

Din is-sena twaqqaf ukoll it-Tax Compliance Unit. Wara l-ingagg ta' numru ta' accountants, bdew jigu ffissati numru ta' benchmarks. Dan l-istudju sar mill-ufficjali tat-TCU bl-ghajnuna ta’ zewg ekonomisti mill-Universita` ta' Malta.

Dawn il-benchmarks ser jintuzaw bhala indikazzjonijiet u kalkoli mid-dipartiment ma’ kull individwu u ditta li taqa' f'livell ta' investigazzjoni. Il-Ministru John Dalli accerta li mhux ser tirrepeti ruhha l-impozizzjoni ta’ l-'Ex Ufficio Assessments' ta' zmien il-Gvern immexxi mill-Malta Labour Party. Il-benchmarking huma indikazzjonijiet ta' kalkoli b'mod professjonali. Ir-relazzjonijiet bejn l-individwu u l-VAT Department ser jibqghu individwali u personali.

Il-Privatisation Unit mixja skond il-pjan li kellha u qeghdin on schedule. Din is-sena qeghdin nistennew jittiehdu decizjonijiet fuq numru ta' privatizzazzjonijiet. Il-Port Hieles, l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, l-MOBC, l-KGT u l-Lottu Pubbliku kollha ghandhom jitlestew sa l-ahhar ta' din is-sena.

Fid-dinja globalizzata li qeghdin nighxu fiha ser isir qbil bejn il-gvernijiet kollha dwar exchange of information fuq nies li jzommu lil flushom barra minn pajjizhom. Il-Gvern Malti hass li ghandu jaghti opportunita’ lil kull min ghandu minn dawn l-investimenti sabiex ikollu hin li jirripatrihom. Fil-fora intrernazzjonali gew diskussi zewg sistemi. Dik Ingliza, li taghti kull access ta' informazzjoni, jew dik Svizzera, li tipprotegi lill-investitur bl-anonimita` imma tehodlu ghoxrin fil-mija fis-sena ta’ l-imghaxijiet dovuti lilu u tghaddi 75% minnhom lil-pajjizu. Il-konsensus qed ikun fuq is-sistema proposta mill-Ingilterra. Irridu nghidu li kieku investitur ma naghtax din l-opportunita` u jinqabad, bejn il-penalitajiet tal-Kontroll tal-Kambju u dawk tat-Taxxa Interna, jehel pieni li jistghu jkunu hafna aktar milli jkollu nvestiti barra xtutna.

Qeghdin naghtu s-sehem taghna fil-mixja li pajjizna qieghed jaghmel biex jissieheb fl-Unjoni Ewropea. Komplejna naggornaw ruhna sabiex is-sistemi taghna jkunu tal-livell gholi li jixraq lil pajjizna u li jikkonformaw ma' l-ahjar prattici li jezistu f'pajjizi barranin zviluppati.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow