DISKORS MILL-ONOR. DR. LAWRENCE GONZI, VICI PRIM MINISTRU U MINISTRU GHALL-POLITIKA SOCJALI, WAQT SEMINAR ORGANIZZAT MILL-M.U.M.N. DWAR L-ISPTAR IL GDID U S-SISTEMI TA' TMEXXIJA - SALINA - 14.09.2001
pr1333
14/09/2001
| Sinjuri: Qabelxejn nixtieq nirringrazzjakom talli stedintuni biex nattendi din il-konferenza u jkolli c-cans naqsam maghkom il-progetti li | l-Gvern ghandu sabiex is-settur tas-sahha f'pajjizna jkompli jisahhah f'settur ta' kwalita' u eccellenza ghall-beneficcju ta' kull cittadin Malti u Ghawdxi. Ghan-nom tal-Gvern nixtieq nuri apprezzament ghall-hidma taghkom li bla dubju dejjem kienet intenzjonata sabiex tiddefendi d-drittijiet tal-membri taghkom b'fedelta' lejn il-missjoni li ghalija twaqqaftu. Ninsab cert li intom, kemm bhala Union kif wkoll bhala haddiema kellkom, u ghad ghandkom, interess kbir sabiex tifhmu aktar kif il-pjan tal-Gvern ghall-awtonomija ta' l-Isptarijiet ser jizvolgi, u aktar minn hekk, kif ser ikun implimentat fil-prattika. Ma' nahsibx li t-tnedija ufficjali ta' l-awtonomija fl-isptarijiet li saret fit-3 ta' Lulju li ghadda madankollu kienet xi sorpriza. Dan ghaliex dan il-Gvern kien inghata mandat elettorali fuq programm ta' hidma li kien jinkludi dan il-progett bhala mira ewlenija. Naturalment, lkoll kemm ahna nafu li r-riforma fil-qasam tas-sahha hi opportunita ghal pajjizna li titfa fuqna responsabbilta kbira. Ilkoll nafu li dan hu qasam sensittiv li jittratta s-sahha tal-poplu taghna. Huwa inevitabbli, allura, li f'kull process li niehdu, ahna rridu npoggu quddiem ghajnejna l-ewwel interess tal-pazjent jew tal-klient. Fi kliem iehor, dan mhuwiex xi process biex jaghmel il-hajja aktar facli ghal min irid jamministra imma huwa process biex itejjeb is-servizz b'mod li jinqeda ahjar il-persuna li tigi bzonnu. Ir-riforma fil-qasam tas-sahha, hija strategija li giet koncepita mad-decizjoni li ha l-Gvern snin ilu sabiex jibni sptar gdid. Hija strategija li, f'certu aspetti taghha, diga' giet ittestjata b'success fil-kaz ta' l-Isptar Zammit Clapp u li allura tipprovdilna mudell ta' prova li jista' jigi replikat f'ambjenti ohrajn. Hija strategija madankollu, li tifforma parti minn pjan wiesgha u riformi akbar fil-qasam tas-sahha in generali u fil-mod ta' kif is-servizz pubbliku fil-qasam tas-sahha jahdem u jopera. Huwa ghalhekk li l-awtonomija fl-isptarijiet giet varata flimkien ma' vizjoni u ri-orjentazzjoni tad-divizjoni tas-sahha b'definizjoni tar-rwoli li fihom l-istituzzjonijiet prezenti ghandhom jittrasformaw ruhhom sabiex tigi mwettqa din ir-riforma. Tajjeb li nzommu l-perspettiva cara. Ghaliex hemm bzonn riforma? Il-politika ta' dan il-Gvern hija politika li ddur madwar il-htigijet tal-persuna. Huwa essenzjali li kull Malti u Ghawdxi jhossu li huwa jifforma parti minn komunita' li twennes, parti minn socjeta', li ttih certa livell ta' sigurta' filwaqt li tipprovdilu livell gholi ta' kwalita' ghall-ghixien tieghu. Dawn ir-riformi ghalhekk ikunu falliment jekk ma jissarfux konkretament f'servizzi ahjar, pro-attivi u aktar umani ghall-poplu Malti. Ma nahsibx li hemm bzonn noqghod nidhol fid-dettall biex nispjega l-mod ta' kif il-poplu taghna ihares lejn is-servizz tas-sahha f'pajjizna. L-ahhar stqarrijiet ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Sahha huma l-aqwa certifikat li jista' jkollna bhala pajjiz u nahseb li huwa certifikat ghalikom wkoll bhala haddiema f'dan il-qasam. Dan ma jfissirx madankollu, li ghandna nikkuntentaw b'dak li ksibna u nieqfu hemm. Jekk nikkuntentaw nkunu qed nirriskjaw li naqaw fil-medjokrita'. Nafu wkoll fejn huma d-difetti tas-sistema u fejn ghandna bzonn intejbu l-mod ta' kif nahdmu biex nirbhu aktar efficjenza u biex nghollu l-kwalita tas-servizz. Din ir-riforma fis-servizz tas-sahha u l-awtonomija ta' l-isptarijiet ser iggib maghha zviluppi eccitanti u pozittivi fil-prattici u l-organizzazzjoni tax-xoghol kif wkoll fil-mod ta' kif jinghataw is-servizzi tas-sahha. Biex dan jigri madankollu irid jingibed habel wiehed. Kif diga' ghidt il-beneficcjarji ta' din ir-riforma huwa l-poplu Malti u ghalhekk il-Gvern ihoss li hemm interess nazzjonali li jrid jigi mhares ghall-holqien tal-gid komuni. Proprju ghalhekk, irrid inkun car fi kliemi. Il-Gvern irid li din ir-riforma twarrab darba ghal dejjem dawk il-prattici ta' xoghol li mhux biss huma antikwati imma li jservu biss biex jipperpetwaw l-istatus quo. Il-Gvern irid jenfasizza l-aspetti ta' professjonalita' fil-ghoti tas-servizz u jrid jeqred il-hela ta' rizorsi pubblici. Il-Gvern jinsab konvint li l-awtonomija fl-Isptar il-gdid ser tkun esperjenza pozittiva wkoll ghall-impjegati f'dan l-isptar. Dan ghaliex ser jigi mhaddem b'mod konkret il-principju tas-sussidjarjeta', b'partecipazzjoni akbar fit-tehid tad-decizjonijiet li jaffettwaw kemm lill-pazjent kif wkoll lit-tmexxija ta' l-isptar in generali. |
| F'dan il-kuntest, tajjeb li nenfasizza l-impenn tal-Gvern li jkompli jzid il-valur li ahna naghtu lill-haddiema | taghna. Minn hawn u ftit iehor, nittama li ser inkunu qieghdin inwasslu messagg car li jispjega kemm hu kbir l-impenn taghna biex nifthu l-opportunitajiet kollha halli kull persuna f'pajjizna tkun tista tizviluppa l-potenzjal taghha fid-dinja tax-xoghol. Dan ser naghmluh bil-pubblikazzjoni ta' White Paper li jkollha fiha l-abbozz ta' ligi gdida li tirregola l-impiegi f'pajjizna. Specifikament ghal qasam tas-sahha, nghid li b'wiccna minn quddiem, nistghu niddikjaraw li pajjizna ghandu livell gholi ta' kompetenzi u hiliet f'dan il-qasam. Nistghu niftahru bil-livell ta' hila li juru n-nurses u l-midwives Maltin u dan jawgura tajjeb ghat-twettiq ta' din ir-riforma. Il-Gvern ilu ghal diversi snin jinvesti sabiex ikompli jgholli dawn il-hiliet. Id-Divizjoni tas-Sahha kontinwament baqghat taghti tahrig kemm baziku kif wkoll specjalizzat b'kollaborazzjoni ma' diversi istituzzjonijiet ta' taghlim kemm lokali kif wkoll internazzjonali. Dan il-process ser ikompli jigi msahhah permezz tar-rivoluzzjoni li ghaddejja fil-qasam edukattiv, l-aktar dak li jinvolvi t-tahrig vokazzjonali - settur li jolqot direttament lilkom bhala professjonisti. Madanakollu, rridu nimxu l-quddiem u naghmlu hilitna biex issir qabza ohra ta' kwalita. Biex naghmlu hekk ma nistghux nikkompromettu l-principji li jifformaw is-sisien ta' din ir-riforma - u cjoe il-principju li jqieghed l-interessi tal-pazjent l-ewwel u qabel kollox, u l-principju li rridu naghmlu l-ahjar uzu tar-rizorsi, kulltant limitati, li ahna ghandna billi naqtghu il-hela u nakkwistaw l-ahjar efficjenzi. Kulhadd irid jifhem u jaghmel tieghu dawn il-principji bazici, u kull decizjoni li tittiehed trid tittiehed b'gharfien shih u b'fedelta' lejn dawn il-principji kardinali. Irrid nenfasizza li l-hsieb taghna huwa li r-riforma titwettaq f'ambjent wiesgha ta' partecipazzjoni u djalogu fl-imkien ma' l-imsiehba socjali. Dan il-Gvern irid jixpruna wkoll il-bidla f'dan il-qasam, b'relazzjonijiet industrijali msejsa aktar fuq djalogu u shubija milli fuq mentalitajiet rigidi li ma' jehdux in kunsiderazzjoni ir-rejaltajiet ekonomici u socjali li qed naffaccjaw. Imma ippermettuli kumment f'dan I-kuntest. L-esperjenza sallum ghallmitni li hawn min jahseb illi d-djagolu socjali huwa minsug mat-theddid, mal-posizzjonijiet rigidi u inkomprensibbli. Dan mhux djalogu veru imma m'hu xejn ghajr imposizzjoni li ma twassal imkien hlief ghad-disgwid. Id-djalogu veru huwa dak li jwassal lil zewg partijiet madwar mejda miftuhin biex jisimghu lil xulxin u allura, biex jaggustaw il-posizzjoni taghhom fid-dawl tar-realta socjali u ekonomika li tkun qieghda tigi diskussa. Ninsab konvint li l-MUMN tifhem dan kollu. Konvint ukoll li lkoll kemm intkom tifhmu l-bzonn ta' din ir-riforma. Tant hu hekk li diga u kemm-il darba din il-Union issiehbet sabiex timplimenta riformi f'setturi ohrajn tas-sahha b'success. Issa hemm bzonn li l-MUMN tirkeb wkoll fuq din il-mewga sabiex flimkien inkunu nistghu nghinu lill-poplu Malti jesperjenza livelli ta' servizz li sa issa ma kienux immaginabbli, filwaqt li nuru bil-fatti li qed isir uzu tajjeb mill-flus li l-poplu taghna ihallas lill-istat sabiex jipprovdilu dawn is-servizzi. |
| Din ir-riforma hija ghalhekk ukoll process ta' kontabilita' lejn il-poplu Malti li b'mod konsistenti u perseveranti jinvesti flusu b'tama ghal servizz ahjar li jilhaq l-aspettattivi legittimi tieghu. Qieghdin fi stadju krucjali. Ftit taz-zmien ilu, l-Gvern hatar kumitat inter-ministerjali biex ikunu jistghu jibdew id-diskussjonijiet ma' kull min huwa nvolut. Dan jinkludi lill-MUMN li nafu kemm tista tikkontribwixxi biex dawn id-diskussjonijiet iwasslu ghal soluzzjonijiet li jkunu ta' vantagg ghal kullhadd. Ikun b'rizultat ta' dawn id-diskussjonijiet li kullhadd isir jaf id-dettalji tal-bidliet li jridu jsehhu kif ukoll l-opportunitajiet li ser jinfethu ghal min irid jahtaf ic-cans biex il-vokazzjoni li ghandu taghtih is-sodisfazzjon mixtieq. Uzajt il-kelma vokazzjoni, ghaliex nemmen li min jidhol jahdem fil-qasam tas-sahha irid ikollu vokazzjoni. Li sservi lil-pazjent, lil min hu marid jew maghtub, huwa privilegg li kulltant jista jintesa malli nidraw fuq il-post tax-xoghol. Xogholkom huwa specjali u allura ghandu bzonn nies specjali. Tul is-snin, urejtu x'kapaci taghmlu u tajtu servizz tajjeb lil-pajjiz. Ma ghandix dubju li hekk ser jibqa jsir fis-snin li gejjin b'impenn taghna lkoll biex intejbu dak li hemm bzonn | jitjib. Grazzi! |
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN