IT-TIELET SENA TA' HIDMA TAL-GVERN: 'INSAHHU PAJJIZNA' - MINISTERU TAT-TURIZMU
| Dan ir-rapport dwar il-hidma tal-Ministeru tat-Turizmu ghat-Tielet Sena tal-Gvern ikopri l-perjodu mill-bidu ta' Settembru 2000 sa l-ewwel jiem ta' dan | ix-xahar. Ghalkemm matul is-sena 2000 il-mezzi tax-xandir tal-Partit Laburista kif ukoll il-gazzetti taghhom u dawk tal-GWU nfexxu f'kampanja ta' kritika distruttiva u bla sens, inventaw u bassru krizijiet u disfatti fis-settur, nifrah nghid li meta fil-31 ta' Dicembru 2000 wasalna biex naghmlu l-kontijiet, kelli s-sodisfazzjon inhabbar li s-sena 2000 kienet wahda rekord. Dan, sew meta mqabbla mas-sena 1999, kif ukoll ma' kull sena ohra li giet qabilha. Ghalhekk, l-ewwel dmir, anzi l-akbar pjacir tieghi, hu li nirringrazzja lil kull min, b'xi mod, imdahhal fit-turizmu jew mhux, li ta sehmu ghall-ksib ta' dan ir-rizultat. Kienet il-hidma ta' kulhadd flimkien li wasslet ghall-rizultat daqstant tajjeb b'rizq il-Maltin kollha. Rizultat tajjeb, rekord, miksub mill-industrija minkejja qaghda internazzjonali difficli u taqlib kbir f'ghadd ta' swieq ghaddejjin mill-process inevitabbli tal-globalizzazzjoni. Qaghda difficli li kompliet u ssoktat matul l-2001. Fl-2000 / 2001, waqt li rnexxielna nkabbru u nkattru l-interess ghall-btajjel f'Malta mis-suq Ingliz, sibna ma' wiccna l-krizi tal-Frosch FTI fil-Germanja. Nistmaw li din is-sena tort tal-problemi tal-Frosch, Malta ser iggarrab telf ta' madwar 60,000 turist minn dan is-suq. Min illum, sena wara, jghid li l-Awtorita' m'gharfitx tittratta l-kwistjoni b'mod ghaqli, messu tkellem dak iz-zmien, specjalment wara laqgha ta' aktar minn saghtejn li kellu mar-rapprezentant ta' Frosch. Messu wera fehmtu dak iz-zmien. Mhux jigi issa u jghid li l-MTA mxiet hazin u minghajr ma jghid ghaliex u fejn. Ghall-kuntrarju jien nghid prosit lill-MTA, prosit lill-lukandiera Maltin ghall-mod serju u ghaqli li laqghu ghac-cirkostanzi. Rizultat ta' dan hu, li ghax-xitwa li gejja, il-Frosch mhux ser tnaqqas u ser izzomm il-programm tax-xitwa li ghaddiet. B'sodisfazzjon inhabbar li fis-suq Germaniz Neckermann ser izidu l-programm u juzaw l-ajruplani taghhom. Ghalkemm frahna meta l-Ewropa nehhiet is-sanzjonijiet minn fuq il-Libja, fhimna wkoll li b'hekk l-Air Malta kienet ser titlef, kif ukoll li madwar 20,000 turist Libjan u ta' nazzjonalita' ohra, kien spiccalhom il-bzonn ighaddu minn Malta u jaqsmu bil-bahar sa Tripli. Niehdu pjacir ukoll li ghadd ta' pajjizi (bhall-Kroazja u s-Slovenja) tal-ex-Jugoslavja qed ighixu fil-paci. Paci li minnha jgawdi r-regjun, izda paci li wkoll ppermettitilhom jergghu jifthu l-bibien taghhom ghat-turizmu internazzjonali. Kif fethu wkoll pajjizi, bhar-Rumanija u l-Bulgarija, u dan bi prezzijiet ferm orhos minn taghna u ta' pajjizi girien maghna. |
| Qeghdin f'sena difficli li ghal darb'ohra matulha kompliet bla waqfien il-kritika insensata tal-Oppozizzjoni u ta' l-allejati taghha. Kritika mmirata biex ittellef il-kuragg u mahsuba taghmel biss hsara lill-industrija li minnha jiekol | kulhadd. Kieku qatt xi darba xi hadd johrog b'idea gdida, originali, xi soluzzjoni tajba, b'alternattiva, bi kritika kostruttiva. Mhux pjacir tieghi nitkellem hekk, izda jekk il-GWU, u l-gazzetti taghha, jekk il-Partit Laburista u l-mezzi ta' komunikazzjoni tieghu, ghazlu strategija li taghmel biss hsara, mhux lill-Gvern, mhux lili, ghax it-turizmu la hu tal-Gvern u lanqas hu tieghi, izda lill-poplu u lil kull min jahdem fl-industrija, jien ma nibqax mutu, b'halqi maghluq. Nerga' nghid, minkejja din l-istrategija distruttiva, ghandi ghalfejn nifrah lil kull min jahdem fl-industrija, ghax ghal darb'ohra, f'sena aktar difficli minn ta' qabilha, fl-2001, l-industrija sejra ahjar mis -sena rekord, mis-sena 2000. Mill-istatistika ppubblikata s'issa, johrog li Malta qalghet aktar flus mit-turizmu, li sa' Gunju, l-btala medja zdiedet b'gurnata, li n-numru ta' ljieli li qattghu t-turisti zdied b'600,000 lejl, u li n-numru ta' haddiema zdied b'madwar 500 meta mqabbel mar-rizultati miksuba fl-ewwel sitt xhur tas-sena rekord. Min jara' biss kemm gew turisti u jieqaf hemm isib li sa' Gunju, paragunat mal-2000, gew madwar 4,000 inqas jew taht l-1% inqas mis-sena 2000. Min jehda biss b'dan u jinsa li Malta qeghda fit-turizmu biex taqla' l-flus u ssib ix-xoghol ghall-Maltin, inhallih joghxa u jitkellem wahdu dwar id-dizastri u l-krizijiet. |
| Hekk ukoll min jifrah u jiehu pjacir b'xi programm televiziv li juri lil Malta f'dawl ikrah u jikkaguna telf ghat-turizmu, lil dak ukoll inhallih joghrok idejh | wahdu. Issa ser nghaddi biex nurikom kif wettaqna, jew qeghdin biex inwettqu l-weghdiet elettorali kollha li l-Partit Nazzjonalista ghamel fis-settur tat-turizmu. F'hafna kazi wettaqna hafna aktar milli weghedna. Nirriferikom ghalhekk ghal pagni 33 sa 41 tar-rapport. Li miktub hemm sar parti mill-istorja. Nirriferikom ukoll ghal dak li jidher f'pagna 1 sa' pagna 32. Din hi taqsima li qed ninkluduha ghall-ewwel darba. Ghazilt li ninkludi djarju tal-izjed diskorsi u avvenimenti importanti biex kulhadd, l-aktar min hu mdahhal fl-industrija, ikun jista' jsegwi u jkollu rendikont tal-grajjiet, bidliet fil-politika tat-turizmu, zviluppi internazzjonali kif ukoll l-pjani futuri tal-Gvern u tal-Awtorita'. Fid-dahla nkludejt dak li jidhirli kienu l-izjed zviluppi sinifikanti tas-sena kif ukoll tajt hjiel ta' xi azzjonijiet, mizuri u politika li bi hsiebna nintroducu. Fil-qasam tat-tahrig u t-taghlim bnejna fuq il-pedamenti sodi u godda li poggejna tul l-ewwel sentejn. Kienu qrib l-elf li segwew kors fl-ITS. Ghal uhud sewwejna x-xkiel li zammhom milli jkomplu l-istudji taghhom. Ghal ohrajn ftahna bieb gdid, kors universitarju shih li jwassal ghal grad ta' BA (Hons). Biex aktar zghazagh jithajjru ghal karriera fit-turizmu u jinqdew il-htigiet ta' l-industrija, l-ITS fassal u nieda korsijiet godda biex snajja jigu mghallma b'mod aktar intensiv u fi zmien qasir. Fis-sentejn li gejjn il-hidma tal-Ministeru u ta' l-ITS timmira biex kull min jahdem fl-industrija jinghata tahrig. Fl-istess perjodu dik tad-Direttorat tal-Human Resources and Support Services ta' l-Awtorita' tat-Turizmu ta' Malta tiffoka fuq u torqom il-hiliet ta' dawk li xoghlhom iqarribhom lejn it-turist. Nerga' nirrepeti, fis-sentejn li gejjin, il-hidma tal-Ministeru u tal-ITS timmira biex kull min jahdem fil-qasam tas-servizz tal-industrija jinghata tahrig. Ser inwettqu dan il-programm vast ghal hafna ragunijiet. L-ewwel ghax f'certi kategoriji tal-industrija mehtieg li joghla l-livell tas-servizz. It-tieni ghaliex mill-2004 `l hinn il-klassifika tal-lukandi ser tiddependi wkoll fuq is-servizz u l-livell ta' tahrig tal-istaff. It-tielet biex hadd ma jahseb li bl-ishubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja ser jinfetah xi bieb ghal nies bla xoghol u bla tahrig fis-snajja tas-servizz tat-turizmu. Il-Ministeru jorganizza korsijiet bhal dawn kull sena. Jisoghbija nghid li, ghalkemm bla hlas, ftit jiehdu vantagg minnhom. Kif ghidt, issa jaqbel lis-sidien, ghax nuqqas ta' servizz jaghmel impatt fuq il-klassifika, u lill-haddiema stess, ghax bit-tahrig jipprotegu u jiksbu post tax-xoghol qabel haddiehor, li jattendu ghal dawn il-korsijiet. Matul l-2000/2001 l-Awtorita' tat-Turizmu mxiet skond il-Pjan Strategiku mfassal bi ftehim mal-Ministeru. Lahqet il-bicca l-kbira tal-miri ghas-sena. Sahhet il-pass tad-diversifikazzjoni u kattret l-oqsma tat-turizmu specjalizzat. Wettqet b'success il-Pjan ghal Ghawdex, kif ukoll hadmet u firxet l-influwenza taghha f'oqsma b'rabta ma' l-industrija tat-turizmu. Waqt li f'xi swieq sehh it-telf imbassar, l-Awtorita' rnexxielha tirkuprah b'zjidiet minn bnadi ohra. Wasslet ghal tmiemha s-sistema tat-TOSS u flimkien ma' operaturi Inglizi qed thaddem skema transitorja. L-istatistika ufficjali pubblikata sal-lum tixhed xejriet pozittivi u tishih fil-kontribut tat-turizmu lill-ekonomija nazzjonali. Mill-1 ta' Jannar 2002 l-Awtorita' tibda thaddem is-setghat kollha skond l-Att dwar Servizzi ta' l-Ivvjaggar u tat-Turizmu ghal Malta (Kap 409). Sa l-ahhar ta' l-2001 jintemm ix-xoghol ta' aggornament tal-ligijiet. Fis-sentejn li gejjin l-Awtorita' tkompli taggorna l-Pjan Strategiku b'mod li twasslu biex jahseb ghal tliet snin bil-quddiem. Waqt li tissokta r-rabta ta' shubija sfieqa ma' l-Air Malta, l-Awtorita' tintensifika l-hidma ta' promozzjoni u reklamar kif ukoll tkompli tahdem u tixpruna ghat-titjib u t-tishih tal-prodott turistiku u l-offerta tal-Gzejjer Maltin. Sa l-ahhar tas-sena ghandha tkun ghaddiet mill-Parlament il-ligi dwar il-Licenzi tan-Negozju. Nerga' nfakkar li l-Ministeru nieda skema li tghin lill kull min, ghalkemm miftuh ghan-negozju, ghad jonqsu xi permess, u allura mhux suppost miftuh. Ma jfissirx li min ma jisthoqqlux permess ser jiehdu izda li min jisthoqqlu permess nghinuh jiksbu malajr. Ghalhekk inheggeg kull min jinsab f'cirkostanzi bhal dawn li, sakemm fadal zmien, jirrikorri ghall-ghajnuna taghna, ghax wara Ottubru kull min ma jkollux permess jinghalaq. |
Dan ir-rapport jaghti rendikont tat-tfassil tal-politika u tal-hidma tal-Ministeru, ta' l-Awtorita', tad-Dipartiment, ta' l-ITS u ta' l-HCEB. Fost dawn it-tlestija ta' studju li jistabbilixxi kemm pajjizna jiflah turizmu u li fuqu tfasslet il-politika tal-Gvern ghall-izvilupp fit-turizmu. Isemmi l-ftehim li ntlahaq ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar l-ipprocessar ta' progetti u l-inizjattivi tal-Ministeru b'rizq it-titjib tal-prodott, mhux l-inqas dik b'rizq is-Sena Internazzjonali ta' l-Ekoturizmu 2002.
Dan ir-rapport, precizament f'pagni 72 u 73, jinkludi fil-qosor, rendikont tax-xoghol kbir li wassal ghat-tmiem tal-istudji dwar kemm il-Gzejjer Maltin jifilhu turizmu, kif ukoll il-politika gdida adottata mill-Gvern ghall-isvilupp fit-turizmu. Dettalji dwar din il-politika issibuhom f'pagna 17 sa 19. Marbuta ma' din il-politika, l-Awtorita' fasslet linji gwida godda ghall-isvilupp ta' lukandi u postijiet ohra ta' akkommodazzjoni u ssibuhom f'pagni 68 u 69.
Minn dan kollu, u mill-fatt li issa l-ipprocessar tal-progetti isir flimkien mal-Awtorita' tal-Ippjanar, johrog l-impenn tal-Gvern favur politika mibnija fuq il-principji tal-izvilupp sostenibbli.
Malta laqghet is-sejha tal-Gnus Maghquda u l-Organizzazzjoni Dinjija tat-Turizmu (WTO) biex is-sena 2002 tigi dedikata ghal hidma favur l-Ekoturizmu.
Il-Ministeru tieghi gie moghti l-inkarigu jikkoordina l-programm ghas-sena.
Il-programm jimmira jilhaq zewg ghanijiet. L-ewwel li jwassal messagg car lill-kulhadd dwar is-siwi li nghozzu u nharsu l-holqien tan-natura u l-frott ta' hidmet il-bniedem. It-tieni, li jigu nfurzati b'mod aktar strett u kontinwa l-ligijiet fil-qasam tas-sahha u tal-ambjent.
F'dan il-kuntest tajjeb li nhabbar millum li bhala kondizzjoni tal-licenza ghall-istabbilimenti li jservu l-ikel ser tkun tassattiva li l-iskart jingabar minn kuntrattur privat licenzjat u mhux mis-sistema tal-gbir ta' skart domestiku inkluzi fejn isir uzu ta' skips.
Inheggeg Kunsilli Lokali specjalment dawk ta' San Giljan, San Pawl il-Bahar, Wied il-Ghajn u Marsaxlokk biex ma jhallux li jitpoggew skips f'postijiet qrib ristoranti.
Il-permess ta' stabbilimenti li jipprovdu l-ikel ser jigi jiddipendi fuq l-infurzar ta' din il-kondizzjoni.
Ir-rapport jitkellem ukoll dwar il-hidma tal-Ministeru biex ihejji l-industrija ahjar u jlesti t-triq ghas-shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Isemmi l-legislazzjoni b'rizq il-konsumatur fl-oqsma tat-Timeshare u tal-Pakketti ta' l-Ivvjaggar, b'rizq kategoriji ta' professjonisti bhalma huma l-gwidi, kif ukoll oqsma ewlenin, dawk ta' l-akkomodazzjoni u ta' l-agenziji ta' l-ivvjaggar, li dwarhom jiffoka r-rapport imtella' mill-esperti maghzulin u mhallsin mill-Kummissjoni Ewropea.
Waqt li fis-sentejn li gejjin tkompli l-hidma ta' tixrid ta' informazzjoni biex kull min b'xi mod hu mdahhal fl-industrija jinghata taghrif shih dwar xi tfisser Unjoni Ewropea ghat-turizmu Malti, il-hidma principali tal-Ministeru tissokta biex pajjizna jilhaq il-miri ewlenin tieghu: li joffri prodott u servizz ahjar, b'valur mizjud oghla, li jaghti esperjenza pozittiva u sodisfazzjon lil kull min jigi jzurna.
| Diga' llum, minkejja li m'ahniex imsehbin fl-Unjoni Ewropea, bdejna nduqu xi ftit, ghalkemm ftit wisq, mill-ghajnuna u gid li toffri s-shubija. Bl-ishubija jirnexxielna niksbu u nilhqu l-miri taghna aktar malajr, b'izjed success u b'inqas piz fuq il-kaxxa ta' Malta u but il-poplu. Bl-ishubija jitkattru t-turisti, l-gharfien dwar Malta, l-ghajnuna teknika u finanzjarja, kif ukoll l-opportunitajiet ghaz-zghazagh Maltin u | Ghawdxin. Tista' tghid li d-dibattitu dwar jekk jaqbilx ghas-settur tat-turizmu li Malta tissieheb fl-Unjoni Ewropea ga nghalaq. Maghluq f'sens posittiv ghal min jemmen li Malta fl-Unjoni Ewropea tfisser qabza ta' kwalita' u ta' kwantita'ghall-industrija. Izda qabel ma nidhol f'dan is-suggett nistiedinkom tiflu dan ir-rapport tajjeb, tiznu l-hidma li saret u r-rizultati li nkisbu biex intom stess tintebhu bil-falsita' tal-ghajta tal-Opposizzjoni fis-sens li l-hidma tal-Gvern marbuta biss ma' politika wahda li Malta tissieheb mal-Unjoni Ewropea akkost ta' kollox. Daz-zgur li wettaqna hidma favur il-mixja ghas-shubija, nemmnu fiha u nahdmu ghaliha. Dan ir-rapport hu l-akbar prova li ghalkemm l-ishubija ta' Malta fl-UE hi ghan ewlieni, il-hidma tul is-sena tixhed li l-Ministeru hadem biex isahhah it-tahrig, l-Awtorita' hadmet biex tkabbar it-turizmu u flimkien hadmu ghat-titjib tal-prodott - kollha ghanijiet indipendenti ghal kollox mill-ishubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. |
| Ir-rapport mtella' minn esperti indipendenti, li ga' gie prezentat lill-istampa u lill min hu mdahhal fit-turizmu jikkonkludi li l-industrija ghandha hafna xi tiggwadanja minn shubija | fl-Unjoni Ewropea. Dalghodu nirriferi biss dwar aspett wiehed. Sfortunatament mohh il-partit Laburista ghadu marbut biss dwar in-numru ta' turisti li jzuru pajjizna. F'intervista recenti l-Kap tal-Opposizzjoni qal li zieda ta' 3% hi peanuts. Naqbel mieghu u nzid nghid li ghalkemm Malta tiflah aktar turisti, sakemm nibqghu barra mill-UE, iz-zidiet ser jibqghu peanuts u loqom. Ghaliex qed nghid hekk ? Qed nghid hekk ghax ahna gzira u l-access ghalina jiddipendi kwazi unikament mill-programmi u l-postijiet fuq l-ajruplani tal-kumpaniji charter u dawk li jahdmu bi skeda. It-traffiku turistiku jista' jikber biss jekk jizdied in-numru ta' postijiet fl-ajru u mhux mod iehor. Il-qaghda llum hi, li l-Air Malta, u kull linja ohra li tahdem lejn Malta, huma marbutin bi ftehim ristrettiv, bosta drabi gej minn hafna snin ilu, li ma jaghtix l-ispazju mehtieg ghall-flessibilita' fl-operat, ghal bidliet u aggustamenti skond ic-cirkostanzi u x-xejriet tas-suq. |
L-uniku mod biex l-Air Malta tehles mill-irbit ta' dan it-tip ta' ftehim li tant ixekkilna fis-swieq Ewropej, li jfissru mal-85% tat-turizmu lejn Malta, hi b'shubija fl-Unjoni Ewropea u mhux mod iehor. Mhux possibbli tidhol fi ftehim bhal dan mod iehor. L-Unjoni thares qabel kollox l-interessi tal-imsehbin taghha u mhijiex ser tiftah il-bibien ghal haddiehor, anke jekk l-impatt ikun zghir u insinifikanti, kif ikun dwar it-traffiku lejn Malta.
Shubija fl-UE tfisser li Air Malta tkun tista' ggorr passiggieri minn kull ajruport fl-Unjoni u dan bi dritt u mhux suggett ghall-ftehim. Li ggorr passiggieri lejn Malta minn pajjiz membru ghal iehor.
Shubija fl-UE tfisser li l-Air Malta tibda tgawdi bi dritt il-vantaggi tat-Third Package, li jinkludu l-jedd li linja tal-ajru ta' pajjiz membru tkun tista' ttir minn ajruport ghal iehor fl-istess pajjiz, kif ukoll minn u lejn ajruporti ta' pajjizi membri fi triqitha lejn Malta. Dawn huma jeddijiet li niksbuhom biss l-ishubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.
Dawn huma l-jeddijiet li jifthulna l-bibien ghal dinja gdida fit-turizmu. Li tassew jippermetulna nippjanaw ghal zidiet, l-aktar fix-xhur tax-xitwa, u nimmiraw ghal zidiet li ma jkunux peanuts izda zidiet tassew sostanzjali
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN