Left arrow Mur Lura

MALTA DAY ICCELEBRAT F’LONDRA

pr1321
Date Icon 12/09/2001

Fit-8 ta' Settembru, f'Jum il-Vitorja, il-Kummissjoni Gholja ta' Malta, bil-kollaborazzjoni tal-Moviment Kulturali Malti, l-Assocjazzjoni tal-Komunitajiet Maltin ta' l-Egittu, il-Malta Charities Association u l-Malta League, organizzat Malta Day f’Londra. Il-jum tac-celebrazzjonijiet gibed il-partecipazzjoni ta' eluf ta' Maltin residenti fir-Renju Unit, kif ukoll ta' nies ohra mill-pubbliku in generali. Fost l-affarijiet organizzati filghodu kien hemm fiera b'ikel u xorb tipiku Malti, oggetti ta' l-arti u tas-snajja’ u letteratura Maltija. Kien hemm ukoll il-Banda ta' San Sebastjan ta' Woking, li daqqet bicciet Maltin u Inglizi.

L-Awtorità Maltija tat-Turizmu, l-Air Malta, il-Bank of Valletta, HSBC Malta u l-Ordni Sovrana ta' San Gwann ta' Gerusalemm (Il-Kavallieri ta' Malta) kienu whud mill-isponsors ewlenin ta' l-avveniment.

Wara nofsinhar tqaddset Quddiesa Koncelebrata fil-Kattidral ta' Westminster mill-Vikarju-Generali, Mons. Annetto Depasquale, li mar Londra apposta ghal dan il-ghan. Huwa kien assistit minn diversi membri ohra tal-kleru Malti gewwa r-Renju Unit, fosthom Fr. Victor Camilleri. Il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, Dr. Joe Borg, flimkien mal-Kummissarju Gholi ta' Malta, Dr. George Bonello Dupuis, is-Sur John Macgregor, rapprezentant tal-Gvern Ingliz, u Fra. Duncan Gallie, Vici-Kancillier tal-Grand Priory of England fi hdan l-Ordni Sovrana Militari ta' Malta, ifformaw parti mill-kongregazzjoni. Waqt il-Quddiesa giet imbierka statwa gdida ta' Marija Bambina. Wara kien hemm wirja tan-nar quddiem il-Kattidral, li gibdet l-interess ta' hafna nies li ma kienux hadu sehem fil-Quddiesa. Kien hemm ukoll purcissjoni qasira lejn is-Sorijiet Frangiskani li jinsabu Victoria, li ser jospitaw l-istatwa sakemm issib kenn permanenti. Dan il-gest huwa addattat minhabba illi hafna Maltin jirrikorru ghall-kenn ghand is-sorijiet fi zminijiet ta' bzonn.

Filghaxija giet organizzata gala dinner fir-Royal National Hotel ghal madwar 500 ruh, li fiha hadu sehem bosta artisti maghrufa Maltin. Wara s-success li kellha din l-ewwel Malta Day UK, huwa mistenni li fil-futur terga’ tigi organizzata festa simili.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow